Xokkanti fl-Istati Uniti: Omm arrestata wara li “sabet” lil binha f'washing machine mixgħula

  • Diċ 30, 2019 19:25
  • Miktub minn iNews

    Il-Pulizija Amerikana arrestat lil omm mill-istat ta’ Indiana li qalet li sabet lil binha ta’ ħames snin f’washing machine waqt li din kienet qed taħdem.

    Heather Oliver, ta’ 30 sena mill-belt ta’ Elwood, kienet arrestata fuq l-akkuża ta’ negliġenza ta’ minorenni, liema negliġenza wasslet biex binha jsofri diversi ġrieħi u grif.

    Oliver qalet lill-pulizija li hija kienet ħasbet li binha kien fis-sodda meta marret biex tieħu tazza ħalib. Madankollu hija qalet li sussegwentement semgħet il-magna tal-ħasil timtela bl-ilma u marret biex tagħtiha titwila.

    Qalet li hija tfiet il-magna u ħarġet lil binha minnha.

    Jidher li minflok informat lill-pulizija jew ċemplet għall-għajnuna medika, hija minflok ċemplet lil missier it-tifel.

    Meta dan irritorna lura d-dar huwa sab lill-mara żżomm lit-tifel, biċ-ċkejken jivvomita darbtejn.

    Il-missier eventwalment ħa lit-tifel l-isptar għall-kura.

    L-infermiera tal-isptar f’rapport lill-pulizija qalu li t-tifel kien kontinwament qed jintilef minn sensih.

    Oliver żiedet tgħid li hija ma kinitx taf tuża l-magna tal-ħasil, u insistiet li kien is-sieħeb tagħha li kien jaħsel il-ħwejjeġ minħabba kundizzjoni medika li kienet issofri minnha li ma kinitx tippermettilha terfa’ oġġetti tqal.

    Oliver, li nħelset fuq bond wara li tressqet il-Qorti, kienet mixlija wara li t-tobba kkonkludew li l-ġrieħi tat-tifel kienu “suspettużi, u ma kinux kongruwi ma’ trawma aċċidentali”.

    Il-każ mistenni jkompli fil-jiem li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0