Surplus ta’ €8 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern

  • Diċ 20, 2019 15:56
  • Miktub minn iNews

    Fl-ewwel ħdax il-xahar tas-sena, il-Gvern jirreġistra surplus simili…

    Bejn Jannar u Novembru tal-2019, il-Gvern irreġistra mat-€8 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern, żieda ta' €43.2 miljun meta mqabbel mal-bilanċ ugwali rreġistrat mnatul is-sena li għaddiet (defiċit ta' €35.2 miljun). Dan kollu kien żvelat mill-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-Uffiċjal Nazzjonali tal-Istatistika.

    L-NSO tisħaq li fl-ewwel ħdax il-xahar ta' din is-sena, l-introjtu rikorrenti żied b'€463 miljun, u laħaq l-€4.389 biljun, differenza ta' 11.8% meta kkumparat mal-introjtu rreġistrat matul is-sena li għaddiet. Jidher li l-ikbar kontributuri għal din iż-żieda kien id-dħul mit-Taxxa tad-Dħul (€137 miljun), kif ukoll minn numru ta' grants differenti (€121 miljun).  

    Fl-istess ħin, in-nefqa totali ta' dan il-Gvern laħqet l-€4.381 biljun, żieda ta' 10.6% meta mqabbel mal-perjodu ugwali fl-2018, filwaqt li n-nefqa rikorrenti telgħet b'€387 miljun għal €3.755 biljun. Din iż-żieda seħħet minħabba żidiet fil-kontribuzzjonijiet mogħtija lill-entitajiet governattivi (€74.8 miljun), salarji personali (€64 miljun) u speżżez operazzjonali u ta' tiswija (€15.2 miljun).

    Id-dejn tal-Gvern laħaq il-€5.3 biljun, żieda ta' iktar minn €100 miljun meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Madanakollu, l-ħlas ta' interessi fuq id-dejn huwa ta' €173.7 miljun, €11.4 miljun inqas meta mqabbel mal-perjodu ugwali fis-sena li għaddiet.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook