Il-PN jagħmlu pressjoni biex ma jixxandarx programm … ma ridux jidhru li qed jipparteċipaw flimkien

  • Diċ 15, 2019 13:13
  • Miktub minn iNews

    Kienet il-pressjoni mill-Partit Nazzjonalista li l-programm televiżiv ta’ Ħadd Għalik kellu jbiddel il-programm tiegħu li kien imħejji li jidher illum wara li l-membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista talbu biex ma jiġux jidhru li qed jipparteċipaw fil-programm.

    Rapporti jgħidu li l-fazzjoni mmexxija minn Simon Busuttil għamlet pressjoni kbira biex jinbidel il-programm bil-għan li ma jintbagħatx messaġġ ta’ poplu magħqud anka f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.

    Minkejja li l-Awtorità kitbet lill-Public Broadcasting Services li ma kinitx qiegħda tilqa’ t-talba tal-PN u li għalhekk il-programm li ġie rrekordjat għandu jixxandar, il-programm biddel dak li kien imħejji.

    Kien proprju fuq il-paġna ta’ Ħadd Għalik li avżaw lill-pubbliku li l-programm li kellu jidher ma kienx se jixxandar b’deċiżjoni tal-PBS u mhux minn naħa tat-tim ta’ Ħadd Għalik. Huma qalu li jiddispjaċihom ħafna għall-parteċipanti l-oħra, Clifton Grima u Rosianne Cutajjar kif ukoll id-dami li pparteċipaw f’dan il-programm speċjali.

    Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li dal-programm kien ilu rekordjat mit-12 ta’ Novembru f’ċirkostanzi differenti minn dawk tal-lum u għalhekk esiġa li l-programm ma jixxandarx. Żied jgħid li tul is-snin id-deputati tal-Partit Nazzjonalista dejjem taw il-kontribut tagħhom fi programmi ta’ dan it-tip, iżda qal li ċirkostanzi ta’ bħalissa mhumiex normali, u għalhekk it-trażmissjoni ta’ dan il-programm ma kinitx aċċetabbli għad-deputati Nazzjonalisti. Qalu li dan għamluh mingħajr l-ebda diżrispett lejn dawk kollha li ħadu sehem fil-programm dakinhar, fosthom id-Deputati Laburisti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0