Delia jgħid li x-xogħol reġa’ sar punt ta’ diskussjoni għax il-gvern ħatt dak li nbena fil-passat

  • Diċ 15, 2019 12:05
  • Miktub minn iNews

    Waqt id-diskors tiegħu f’attività politika f’Birkirkara, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li minkejja li għal xi snin ħsibna li mhux se nerġgħu niddiskutu l-problema tax-xogħol, il-preżent juri mod ieħor.

    Qal li f’dan il-mument li l-pajjiż jinsab minn taqlib, il-gvern ħatt dak kollu li nbena fis-snin ta’ qabel minħabba “ftit kriminali”.

    Delia qal li minħabba nuqqas ta’ ġustizzja krolla l-pajjiż, għax s-sistema politika ma tħaddmitx tajjeb. Il-Kap tal-PN qal li mill-Oppożizzjoni qegħdin jippruvaw joffru ‘blue print’. 

    Qal li dan billi President jintgħżel mill-kostituzzjoni. Għandu jkun dan id-dokument li jipproteġi liċ-ċittadin. Qal li l-kostituzzjoni mhix liġi li jagħmel il-gvern biex jużaha kif irid hu, iżda tarka biex tipproteġi liċ-ċittadini. Qal li l-President għanadu jkollu s-saħħa li jintervjeni u jiddeċiedi fejn “għandek Prim Ministru li sar tirran jintervjeni b’mod effettiv”.

    Rigward il-kontestanti għal mexxej ġdid tal-PN, Delia qal li dawn taw il-fiduċja tagħhom fil-Prim Ministru u issa qegħdin jgħidu li se jagħmlu dak li ma sarx fis-sitt snin ta’ qabel. Qal li huma qablu biss fuq ħaġa waħda f’din il-ġirja sfrenata; dik li jneħħu lill-Kummissarju mill-kariga tiegħu.

    Dwar il-Qrati, Delia qal li sfortunatament inħatfu minn dan il-gvern fejn minflok dawk bl-aktar talent, intgħażlu persuni mill-gvern. Skont il-proposta tal-PN għandu jkun hemm mod ġust ta’ kif dawn jinħatru ħalli l-poplu jkollu s-serħan tal-moħħ.

    Delia qal li l-Kummissarju abdiga mill-kariga tiegħu u ħalla l-kriminali jieħdu l-gvern ta’ pajjiżna. Qal li dan huwa l-aktar kummissarju li falla fl-istorja u li għalhekk għandu jerfa’ r-responsabbilità.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0