“Ħalli jipprotestaw fil-konfront tiegħi imma tipprotestawx fuq nies li qed jagħmlu xogħolhom”

  • Diċ 15, 2019 12:02
  • Miktub minn iNews

    Waqt li l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat iltaqa’ man-nies ġewwa Sannat, Għawdex, huwa tenna l-appell li pajjiżna m’għandux bżonn il-mibgħeda iżda l-għaqda. Huwa qal li filwaqt li hemm min qiegħed jipprotesta b’mod ġust, hemm dawk li mhumiex jagħmlu dan.

    Muscat qal, “Ħalli jipprotestaw fil-konfront tiegħi imma tipprotestawx fuq nies li qed jagħmlu xogħlom bħalma huma l-Forzi Armati tagħna li jien naf kif se jkun jaf il-Prim Ministru l-ġdid x’jagħmlu fejn isalvaw u jiskansaw ħafna perikli. Jien irrid nirringrazzjahom minn qalbi.”

    Huwa qal li jagħmel dan kollu b’idea u bi ħsieb ta’ pożittività. “M’għandna qatt inħallu l-qrusa tagħmel bina. Jien u marti ma jiddispjaċina xejn inkunu fuq quddiem naqilgħu d-daqqiet għalikom għax dak kien id-dover tagħna. Ma jiddispjaċina xejn, allavolja ma jfissirx li ma nweġġgħux meta jkun hemm min jiġġudika mingħajr m’għandu għalfejn. Kemm gidbu u qalu fuqna. Kull darba li kien hemm attakk konna nħossu l-imħabba tagħkom u dik l-imħabba kienet tgħina nimxu ‘l quddiem,” qal il-Prim Ministru.

    Muscat li iva kien hemm żbalji u nuqqasijiet u ta’ dawn ħass li għandu jitgħabba bihom hu. “Għalhekk għamilt l-għażla li kelli nagħmel biex min jiġi wara jkun jista’ jibda paġna ġdida kif hemm bżonn għal pajjiżna. Paġna ġdida li tħassar in-nuqqasijiet imma tibni fuq it-tajjeb li sar.” 

    Il-Prim Ministru esprima li se jkollu appoġġ sħiħ fil-Mexxej il-ġdid u li għalih iż-żewġ kandidati għandhom l-viżjoni u jaf li jżommu l-idea ta’ moviment. Huwa qal li kuntent li lill-Prim Ministru l-ġdid mhux se jħallilu dejn u deficits, iżda surplus u fond għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku li fih €600 miljun imrekknin ħalli jkunu jistgħu jintużaw.

    “Jiena għandi x-xorti li nkun l-ewwel Prim Ministru Laburista li se nkun rekkint u naf li min ġie warajja se jagħmel aktar għaż-żmien li ġej. Dan huwa dak li jagħmilni kburi li servejtkom matul is-snin kollha. Dak huwa li jagħmilni kbur li se nibqa’ f’dan il-moviment. Tippretendux li tarawni fuq quddiem għax il-mexxej il-ġdid se jkollu l-ispazju kollu li jagħmel dak li jemmen li huwa aħjar. Dak l-ispazju lill-mexxej il-ġdid se nkun qed nagħtihulu flimkien mal-appoġġ ikkundizzjonat tiegħi. Inħeġġiġkom biex intom tagħmlu l-istess,” qal Muscat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0