“Ħsibna li mhu se jerbaħlu ħadd … illum Joseph Muscat spiċċa” - Beppe Fenech Adami

  • Diċ 15, 2019 11:23
  • Miktub minn iNews

    “Kunu kburin li ż-żmien reġa’ tana raġun għax illum hemm barra kulħadd jaf bil-korruzzjoni.” Hekk beda d-diskors tiegħu Beppe Fenech Adami waqt attività politika f'Birkirkara.

    Beppe qal li għandna nkunu kburin b’Adrian Delia li mar il-Qorti biex iġib lura dak li huwa tal-poplu. 

    Beppe Fenech Adami qal li minkejja li “heddewna biex ngħalqu ħalqna” huma baqgħu jaħdmu biex toħroġ il-verità u llum Joseph Muscat spiċċa mċappas bil-qtil ta’ ġurnalista.

    Huwa kompla li Muscat li kien hemm żmien fejn ħafna ħasbu li ħadd ma seta’ jerbaħlu, illum Muscat huwa mażra fuq il-vapur li għereq bħalma għereq il-partit u l-pajjiż.

    Beppe Fenech Adami sellem lis-Soċjetà Ċivili tat-tagħlima li meta taħdem għas-sewwa xejn u ħadd ma jista’ jwaqqfek.

    Beppe Fenech Adami sellem il-maġġoranza tal-uffiċjali, Pulizija u suldati li taw servizz f’dawn iż-żminijiet tant ibsin.

    Huwa rrefera għall-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-PN u l-proposti se jkunu qiegħed iressaq l-istess partit bħala l-viżjoni ‘l quddiem biex in-nazzjon jerġa’ jikseb lura r-reputazzjoni tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0