FILMAT: Ħitan maqlubin, siġar imqaċċtin, u karozzi milqutin minn oġġetti mtajrin mir-riħ … Iżda għada terġa' toħroġ ix-xemx

  • Diċ 14, 2019 18:54
  • Miktub minn iNews

    Ħitan maqlubin, karozzi milqutin minn friegħu u zkuk, siġar imqaċċtin … dawk kienu biss ftit mid-diversi inċidenti li kienu rapportati matul il-jum u li kienu kkaġunati mill-maltemp li laqat lill-Gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar sigħat.

    Kienu bosta wkoll il-persuni li ppubblikaw fuq il-midja soċjali ritratti ta’ inċidenti li ltaqgħu magħhom. Bħall-inċident li seħħ f’Marsaskala wara li ħajt ċeda kaġun tal-qawwa tar-riħ, bil-bricks jispiċċa fuq karozzi li kienu pparkjati taħtu.

    Il-fotografu tagħna Roger Azzopardi dar dawra ma’ Malta, bir-ritratti tiegħu juri wkoll il-qilla tal-baħar. Mewġ li fost oħrajn għamel ħsarat ukoll fil-Villaġġ ta’ Popeye fil-Mellieħa.

    Intant ħarsa lejn it-tbassir tat-temp tal-Uffiċċju Metereoloġiku ta' Ħal Luqa turi li għall-ġurnata ta’ għada mistennija t-temp mistenni li jkun fil-biċċa l-kbira tiegħu bnazzi, bir-riħ itaffi mill-qawwa tiegħu. L-isħab jerġa’ jittanta jgħatti x-xemx għall-jiem tat-tnejn u t-Tlieta, bir-riħ mistenni li jerġa’ jibda jonfoħ b’qawwa bjar l-Erbgħa, fejn mistenni li jilħaq anke Forza 6 mix-Xlokk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook