Kienu qed jippjanaw attakki terroristiċi fuq skola u għassa tal-pulizija … Ħames irġiel jinqabdu f'ċentru kummerċjali f'Moska

  • Diċ 14, 2019 17:25
  • Miktub minn iNews

    Ħames persuni suspettati li huma terroristi tal-ISIS u li allegatament kienu qed jippjanaw biex iwettqu attakki fil-kapitali tar-Russja ġew arrestati f’ċentru kummerċjali ewlieni f’Moska.

    L-awtoritajiet qalu li l-persuni ġew arrestati fiċ-ċentru kummerċjali Evropeisky wara operazzjoni konġunta bejn is-servizzi sigrieti u l-pulizija.

    Jidher li l-grupp kien qed jippjana biex iwettaq attakki terroristiċi fuq skola u għassa tal-pulizija matul il-vaganzi tal-Ewwel tas-Sena.

    L-awtoritajiet Russi qalu li tagħmir ta’ komunikazzjoni bi struzzjonijiet minn emissarji internazzjoni tal-ISIS instabu fil-pussess tal-ħames suspettati.

    Stqarrija kienet tgħid li nstabu wkoll għadd ta’ armi u saħansitra bomba.

    Għadu mhux magħruf jekk l-irġiel kinux se jattakkaw ukoll iċ-ċentru kummerċjali fejn eventwalment ġew arrestati.

    Il-mexxej tal-grupp ġie identifikat bħala Alibekov, ta’ 23 sena, mir-reġjun Russu tad-Dagestan. Huwa jaħdem bħala uffiċjal tas-sigurtà f’ħanut tal-kafe f’Moska.

    Il-kunjomijiet tal-erba’ rġiel l-oħrajn ġew identifikati bħala Shakhmedov, Azizov, Bakhodurov u Mamurov.

    Tnejn mill-ħames irġiel għandhom nazzjonalità Russa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook