Eluf jipprotestaw kontra l-Gvern fit-Tajlandja

  • Diċ 14, 2019 16:07
  • Miktub minn iNews

    Eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq ta’ Bangkok, il-kapitali Tajlandiża, fl-ikbar ptotesta sa mill-kolp ta’ stat fl-2014. Dan wara li l-awtoritajiet Tajlandiżi jridu jipprojbixxu lil partit politiku li tul dawn l-aħħar snin oppona l-Gvern immexxi mill-eks mexxej militari Prayuth Chan-ocha.

    Id-dimostrazzjoni, organizzata mill-mexxej tal-partit “Futur ’il Quddiem” Thanathorn Juangroongruangkit – biljunarju ta’ 41 sena – fakkru fil-protesti li minn żmien għall-ieħor żvolġew f’Bangkok matul dawn l-aħħar 20 sena kkaratterizzati minn żminijiet politiċi diffiċli.

    Madankollu ma kien hemm l-ebda preżenza kbira ta’ pulizija jew tentattiv biex id-dimostrazzjoni titwaqqaf.

    Thanathorn qal li “dan huwa biss il-bidu”.

    “Illum hija turija ta’ saħħa biex fil-futur oħrajn jingħaqdu magħna. Illum ninsabu hawn bħala test. Prayuth, m’għandekx għalxiex tkun imbeżża’. Il-ħaġa reali se tkun qed tiżvolġi x-xahar li ġej.”

    Thanathorn huwa l-aktar kritiku voċiferu tal-gvern immexxi minn Prayuth mindu żvolġiet l-elezzjoni f’Marzu ta’ din is-sena. L-Oppożizzjoni qed tgħid li l-eżitu ta’ din l-elezzjoni kien manipulat favur l-armata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0