GWU: “Ir-'right to disconnect' tgħin lis-saħħa tal-ħaddiem”

  • Diċ 14, 2019 12:08
  • Miktub minn iNews

    Il-GWU kompliet tinsisti fi Brussel li d-dritt li ħaddiem jieqaf jagħti każ affarijiet relatati max-xogħol barra l-ħin tal-impjieg, magħruf aħjar bħala 'right to disconnect', jgħin lis-saħħa tal-ħaddiem.

    Kien is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja li saħaq dan waqt li kien qed jindirizza taħdita li fiha kien involut l-ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba kif ukoll l-ewroparlamentari Monica Semedo u Maria Walsh.

    Bugeja beda biex semma kif id-dinja tal-lum hija dipendenti fuq it-teknoloġija u l-informatika u kif l-iżviluppi fil-mezzi ta' komunikazzjoni biddlu l-kunċett tal-ħinijiet tax-xogħol.

    Huwa sostna li l-idea li dejjem tkun f'kommunikazzjoni qed timmina s-saħħa mentali tal-impjegati għax dawn jispiċċaw ikunu l-ħin kollu 'on call' u l-fatt li hawn ħaddiema f'kuntatt ma' oħrajn f'zoni oħra tad-dinja, u li allura jkollhom ħinijiet differenti, ifisser li jridu jkunu f'kuntatt anke barra l-ħin tax-xogħol.

    Bugeja irrimarka kif dan qed iwassal għal pressjoni, stress u ansjeta li qed taffettwa s-saħħa tal-impjegati u lmenta li għalkemm hemm postijiet tax-xogħol li jippruvaw jagħtu x'jifhem lill-impjegati li b'hekk qed ikollhom kontroll fuq il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol fil-verita dan mhux biss qed jaffettwa saħħet l-impjegati imma anke l-familjari tagħhom.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU irrefera għal studji riċenti li juru kif l-użu żejjed tal-mezzi diġitali qed iwassal għal nuqqas ta' rqad u problemi fir-relazzjoni b'ħafna ħaddiema mhux ċerti meta għandu jieqaf il-ħin tax-xogħol tagħhom.

    Bugeja nsista li r-'right to disconnect' se terġa' twassal biex min iħaddem ikun responsabbli għas-sigurta u s-saħħa tal-ħaddiem u waqt li semma kif bħalissa m'hemmx qafas legali li jiddefinixxi dan id-dritt irrefera għad-direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol u semma kif din tirreferi għal diversi drittijiet relatati mal-ħinijiet ta' mistrieħ.

    Huwa sostna li wasal iż-żmien li l-ħaddiem ikollu dritt li barra l-ħin tax-xogħol jinqata mill-mezzi elettroniċi li jżommuh marbut max-xogħol bħall-ittri u messaġġi elettroniċi. 

    Bugeja irringrazzja lil Agius Saliba dwar l-inizjattiva tiegħu f'dan ir-rigward u semma kif kemm il-GWU kif ukoll l-ewroparlamentari jemmnu li hemm bżonn li jidħol dan id-dritt biex ikun hemm bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.

    Huwa semma wkoll kif studju ġdid sab li l-impjegati qed isofru minn stress u ansjeta dwar l-aspettattivi tax-xogħol anke jekk ma jiċċekkjawx l-emails barra l-ħinijet tax-xogħol.

    Il-problemi fis-saħħa mentali huma waħda mill-fatturi ewlenin għall-assentejiżmu fuq ix-xogħol u jaffettwaw 20% tal-ħaddiema fejn wieħed minn kull żewġ ħaddiema mistennijin ibatu minn perjodu ħażin b'uħud jgħaddu minn dipressjoni.

    Bugeja semma wkoll kif postijiet tax-xogħol fejn is-saħħa tal-ħaddiema hija prijorita huma darbtejn u nofs aktar effiċjenti minn dawk fejn min iħaddem ma jagħtix daqshekk importanza.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU irrimarka anke kif huwa inevitabbli li l-UE tikkunsida r-'right to disconnect' u ssuġġerixxa li l-UE tħalli f'idejn l-imsieħba soċjali biex jgħinu fit-tfassil tiegħu.

    “L-introduzzjoni ta' direttiva Ewropea li tiggarantixxi d-dritt li wieħed ma jibqax isegwi x-xogħol tgħin biex is-saħħa mentali tal-ħaddiem titjieb u fuq livell personali tagħtihom aktar ħin xi jqattgħu mal-familja”, żied jinsisti Bugeja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0