Carer iddedikat jirbaħ Premju Ħaddiem tas-Sena San Vincenz de Paul

  • Diċ 13, 2019 15:37
  • Miktub minn iNews

    Il-carer Farman Ullah, li huwa mill-Pakistan, rebaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2019 fir-Residenza San Vincenz de Paul. Huwa ilu jaħdem f’San Vincenz għal dawn l-aħħar erba’ snin u huwa ferm maħbub mill-pazjenti, mill-familjari tal-pazjenti u mill-ħaddiema għad-dedikazjzoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol. Il-carer rebaħ ukoll il-Premju Ħaddiem tas-Sena fis-settur tal-Kura wara ammont ta’ nominazzjonijiet li rċieva.

    Il-premju annwali fil-qasam tal-kura ġewwa San Vincenz intrebaħ mill-infermiera Maria Carabott.

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabiltà u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis spjega li l-ħaddiema f’San Vincenz ma jmorrux għax-xogħol għall-paga biss, iżda għax verament għandhom passjoni biex jagħtu l-aqwa kura għall-anzjani f’din ir-residenza. B’turija li dan il-Gvern jimpurtah mill-anzjani, il-Gvern kompla jinvesti fi-residenza San Vincenz de Paule li llum tħaddem 1,800.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz Josianne Cutajar spjegat kif il-ħidma f’San Vincenz tmur lil hinn mill-binja, għaliex ix-xogħol ta’ kura għall-anzjani joffri wens lil mijiet ta’ familji Maltin u lill-1,100 anzjan residenti.

    Il-Premju Tim tas-Sena 2019 ntrebaħ mit-taqsima tal-amministrazzjoni tal-infermiera, filwaqt li l-Premju Ħaddiem Onorarju ntrebaħ mill-eks ħaddiem ta' San Vincenz John Attard. Lucienne Gatt li taħdem fit-taqsima tal-laundry rebħet il-Premju Ħaddiem tas-Sena fis-settur tas-Sapport.

    Ingħataw premijiet oħra li huma: Premju għall-Aqwa Prattika għal Tolleranza Zero fuq 'Sacral Pressure Ulcers' li ntrebaħ mis-sala San Ġuzepp 3, Premju għall-Aqwa Prattika fl-Iġene tal-Idejn mirbuħ mis-sala San Ġuzepp 8, Premju għall-Aqwa Prattika fil-Kura għall-Kontinenza li ntrebaħ minn Sala San Franġisk 3, Premju għall-Aqwa Prattika fl-Attivitajiet għar-Residenti li jbatu mid-Dimensja li ntrebaħ  minn Sala San Ġużepp 10, Premju għall-Aqwa Prattika fin-Nutrizzjoni, li ntrebaħ minn Sala Madre Tereża 2, u Premju għall-Aqwa Attiviajiet għall-Anzjanità Attiva li ntrebaħ mis-Sala San Ġwanni Pawlu 3. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0