[RITRATTI] X'ġara dalgħodu fil-Belt? ... Ġabra fil-qosor ta' dak li seħħ

  • Diċ 13, 2019 13:28
  • Miktub minn iNews

    6:30 a.m: Jibdew jinġabru uffiċjali tal-Pulizija b'għadd ta' uffiċjali ġewwa u barra l-Belt sa minn qabel is-sebħ. Kull min wasal qrib il-funtana tat-Tritoni seta' jinnota sigurtà akbar mis-soltu. Kif wieħed jidħol il-Belt seta' jinnota mijiet ta' uffiċjali preparati wara l-barriers.

    8:30 a.m: Jibdew jinġabru viċin il-palazz tal-President numru ta' dimostranti, b'kartelluni, sfafar, borom u juru karti tal-flus foloz. Jibdew iżidu fl-istorbju kull darba li jilmħu sirena tal-Pulizija bi stennija għall-President George Vella fost awtoritajiet oħrajn.

    8:45 a.m: Dismostranti jkomplu jinxterdu f'diversi postijiet fil-Belt b'kartelluni bi kliem bħal "Mafja", "Gvern Qattiel" u "Qtiltuha biex ma tmorrux il-ħabs" fost l-oħrajn.

    9:00 a.m: Fost id-dimostranti jispikkaw il-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia u familjari oħra. Il-ġenituri jispikkaw fis-silenzju tagħhom qalb folla storbjuża.

    10:00 a.m: Mal-wasla tal-President ta' Malta George Vella, id-dimostranti jżidu fl-istorbju, ibbujar u tixrid ta' flus foloz li kellhom fuqhom uħud mid-dimostranti.

    10:30 a.m: Dan is-sit jieħu l-kumment ta' uħud mill-bejjiegħa li spiċċaw "spettaturi" fil-bibien tal-ħwienet tagħhom hekk kif ħafna mit-toroq kienu magħluqin minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Jgħidulna li l-aktar ġurnata li kienu qegħdin jistennew sfaxxat fix-xejn.

    11:00 a.m: Tibda il-parata, parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum ir-Repubblika, bid-dimostranti jsemmgħu leħinhom aktar minn qatt qabel biex juru li huma mhux se jċedu l-għajta tagħhom. Ikomplu jgħajtu "Mafja" u "Korrotti" fost aġġettivi oħra.

    12:00 p.m: Is-suldati tal-AFM jibdew iħallu l-Belt minn fost il-folla. Id-dimostranti jwaddbu xi karti tal-flus foloz u jgħajtu "Mafja" mill-ġdid. Xi dimostranti jikkjarifikaw li mhux huma, iżda s-superjuri tagħhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0