Ħames persuni jindarbu f'żewġ inċidenti separati

  • Diċ 13, 2019 08:42
  • Miktub minn iNews

    Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tad-8:40 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Vauxhall Zafira misjuqa minn raġel ta’ 23 sena mir-Renju Unit residenti l-Għargħur u mutur tat-tip Harley Davidson Roadster misjuq minn raġel ta’ 36 sena.

    Dan tal-aħħar ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.

    F’inċident separat, erba’ persuni ndarbu wara li kienu involuti f’inċident stradali li seħħ għall-ħabta tas-7:00 p.m fi Triq Dun Karm l-Imsida.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Hyundai Tucson misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mis-Somalja residenti San Pawl il-Baħar u BMW 320CD misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Ħamrun.

    Fl-ewwel vettura kien hemm passiġġieri mara ta’ 27 sena residenti l-Mosta u oħra ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema.

    Fil-post issejħu ambulanzi li ħadu lill-erba’ persuni l-Isptar Mater Dei, bis-sewwieq Ħamruniż isofri ġrieħi gravi filwaqt li l-oħrajn indarbu ħafif.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta maż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0