“Ebda tarġa fil-post fejn weġġa’ s-suldat” … l-attivist sieket

  • Diċ 13, 2019 08:19
  • Miktub minn iNews

    “Misskom tistħu għeżiez ġurnalisti tal-ħaddiem u l-vulnerabbli. Jekk tridu uruna l-filmat ħa naraw. Jien hemm kont. Dak is-suldat tfixkel fl-għatba u waqa’. Ħadd ma aggredixxa lil ħadd, anzi l-ewwel regola tagħna kienet li ma nużawx forza u m’użajnihiex. Giddibin”.  Dan kien il-kumment li għadda fil-konfront tagħna, wieħed minn dawk li nhar it-Tnejn kien qed jipprotestaw f’Kastilja.

    Fi kliemu stess is-suldat waqa’ f’għatba li hemm. L-ORIZZONT mar fuq il-post. Hemmhekk stana naraw b’għajnejna li m’hemm ebda tarġa u għalhekk ifisser li dan is-soltu ma setax waqa’ f’tarġa kif allega żagħżugħ li fi kliemu stess kien hemm.

    Quddiem dan L-ORIZZONT għamel kuntatt ma’ dan iż-żagħżugħ. Minkejja li fakkarnieh fid-domandi u minkejja li staqsjenieh jekk hux se jagħmel apoloġija pubblika lil dan is-suldat li weġġa', kawża ta’ din il-protesta, hu qalilna li jagħżel li ma jweġibx. 

    L-ORIZZONT hu infurmat li sar  kuntatt ma’ l-istess żagħżugħ meta dan kien reġa’ irrijafferma li suldat kien waqa’ fuq l-għatba ta’ ġewwa. Hu ġie infurmat minn min jaf il-post sew li hemmhekk m’hemmx għetiebi. Huwa wieġeb biss li ħadd ma imbotta lil ħadd. L-istess persuna jitlob liż-żagħżugħ imsemmi jurih it-tarġa, xi ħaġa li ovvjament ma saritx.

    Intant L-ORIZZONT b’mod uffiċjali għandu konferma mill-Forzi Armati ta’ Malta, li spjegaw li f’dawn il-protesti li ġraw nhar it-Tnejn, 9 ta’ Diċembru weġġa’ suldat li kien qed jaqdi dmirijietu. 

    Spjegawlna li dan il-membru tal-Forzi Armati ġie eżaminat u ngħata l-kura miċ-ċentru mediku tal-Forzi Armati ta’ Malta. Hu mistenni jirritorna għax-xogħol fi ftit jiem oħra. 

    Intant, l-orizzont staqsa wkoll dwar x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ dawk li weġġgħu lis-suldat. Madankollu, l-Armata ma weġbitniex dwar dan. 

    Sa issa mhux biss għadhom ma tteħdux passi kontra min weġġa lis-suldat, imma lanqas saret apoloġija mill-istess moviment li wettaq il-protesta.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0