Milan jibqgħu jinsistu fuq Zlatan Ibrahimovic

  • Diċ 13, 2019 00:32
  • Miktub minn iNews

    AC Milan qed jittamawfl-aġent tal-players Mino Raiola sabiex jipprerswadi lill-attakkant veteran Svediż Zlatan Ibrahimovic u jingħaqad magħhom. Il-proposta tad-diriġenti, Zvonimir Boban u Paolo Maldini, hi dik li l-iskorer prolifiku ta’ 38 sena jingħaqad kuntratt ta’ sitt xhur, b’għażla li jġedded għal sena oħra filwaqt li l-Isvediż jixtieq ftehim ta’ sena u nofs sħaħ. Wieħed irid jara x’se tkun ir-risposta definittiva fil-jiem li ġejjin.

    Sadanittant Milan qed ikomplu jħarsu quddiemhom u bdew anke l-kuntatti ma’ Juventus għall-attakkant Kroat, Mario Mandzukic, li mhux fil-pjani tal-coach Maurizio Sarri. Il-player li lanqas biss lagħab minuta f’dan l-istaġun jaqla’ €6 miljun kull sena bir-Rossoneri li jaraw din iċ-ċifra bħala wisq għall-bwiet tagħhom.

    B’hekk l-insistenza ewlenija se tkun fuq Ibrahimovic bil-partitarji Rossoneri li qed joħolmu ritorn ta’ dan il-plejer li tant rebaħ unuri fil-karriera tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0