11-il immigrant arrestati u Pulizija ferut wara rewwixta fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Safi

  • Diċ 12, 2019 19:27
  • Miktub minn iNews

    Ħdax-il immigrant irregolari residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Safi ġew arresatati wara li qabbdu tinda. L-immigranti kienu qed jagħmlu rewwixta. L-inċident seħħ għall-ħabt tan-12.30 p.m., b’Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u l-Għassa taż-Żurrieq imorru fuq il-post minnufih wara li ġie nnotat ammont kbir ta’ duħħan iswed.

    Waqt li kienet qed tingħata l-assistenza neċessarja kuntistabbli tal-Pulizija kien milqut minn biċċiet tal-ħadid li kienu qed jiġu mwaddbin u kellu jittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa.

    Fuq il-post kienu msejħa membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. B’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati 11-il immigrant li kienu qed jieħdu sehem f’din ir-rewwixta. Huma ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal iżjed stħarriġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0