Stqarrja tal-MCESD “miżmuma” milli tinħareġ minn għaqda waħda

  • Diċ 12, 2019 16:23
  • Miktub minn iNews

    L-imsieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) qablu ma' pożizzjoni li kellhom jieħdu dwar is-sitwazzjoni attwali fil-pajjiż imma din ma ġietx maħruġa lill-pubbliku wara li għaqda minnhom ma qablitx mal-kontenut tal-istqarrija li tħejjiet.

    Kien iċ-Ċerpersin tal-MCESD John Bencini li iddikjara dan fi stqarrija li ħareġ wara li f'ċertu mezzi tax-xandir dehru rapporti dwar dak li kien qed jiġi diskuss bejn l-istess imsieħba soċjali.

    Bencini irrimarka li huwa kien kuntent għall-mod professjonali li bih l-imsieħba soċjali indirizzaw is-sitwazzjoni preżenti u iddiskutew x’għandu jsir min-naħa tagħhom.

    “Konna voċiferi wkoll billi flimkien ippublikajna stqarrija uffiċjali mill-MCESD u rajna li din tasal kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll fuq dak internazzjonali. Apparti mid-diversi laqgħat komplejna nsaħħu l-vuċi tagħna billi b’kuraġġ u b’sens ta’ lealta lejn pajjiżna ltqajna mal-President u wrejnieh bl-intenzjonijiet tagħna u bill-fatt li aħna kommessi li nagħmlu dak kollu possibli sabiex is-sitwazzjoni tirritorna lura għan-normal”.

    Bencini insista wkoll li dawn l-azzjonijiet ittieħdu bil-kunsens unanimu tal-imsieħba soċjali kollha bħala rappreżentanti fi ħdan l-MCESD.

    Huwa irrefera għar-rapport li deher dwar dak li kien għaddej fl-MCESD u irrimarka li kien inġust li f’dan ir-rappurtaġġ intwerew ritratti ta’ rappreżentanti li l-organizazzjoni li jirrapreżentaw qablet mal-andament tal-laqgħa.

    Kien hawn li irrefera għall-istqarrija li kellha toħroġ l-MCESD u żvela kif din ma ħarġitx minħabba li waħa mill-imsieħba soċjali ma qablitx ma' dak li kien se jingħad.

    “Tajjeb li ngħidu li din tħassret biss għar-raġuni li organizazzjoni waħda biss ma qablitx mal-kontenut kollu u xejn aktar. Ma nħossx li huwa ġust li ħabba l-azzjonijiet tal-ftit jintefa’ dell ikrah fuq il-bqija tal-MCESD”. 

    Bencini iddikjara li huwa jħoss li l-MCESD għandha tibqa' miexja mal-pjan oriġinali u semam kif se jħabbru l-viżjoni tagħhom f’laqgħa oħra urġenti li se ssir il-ġimgħa d-dieħla.

    Iċ-Ċerpersin tal-MCESD żied li huwa jħares ‘l quddiem sabiex flimkien l-imsieħba soċjali jiġbdu ħabel wieħed biex isaħħu d-djalogu soċjali u jassiguraw li pajjiżna jerġa’ jirritorna lura għall-aħjar mill-aktar fis possibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0