Tinfetaħ it-tielet flyover tal-Marsa Junction Project

  • Diċ 12, 2019 16:14
  • Miktub minn iNews

    Il-Marsa Junction Project għamel pass ieħor lejn it-tlestija tiegħu. Dan hekk kif fil-ħin li għadda nfetħet it-tielet flyover minn total ta’ sebgħa.

    L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, l-Inpinier Frederick Azzopardi, saħaq li dan il-proġett jikkonċerna l-aktar junction li minnha jgħaddu vetturi minnha. Tenna li nħass il-bżonn li jsir proġett fit-tul biex il-problema tat-traffiku fl-inħawi tiġi indirizzata. Saħaq li s-soluzzjoni għal din il-problema nstabet fil-proġett tal-bini tas-seba’ flyovers tal-Proġett Marsa Junction.

    Azzopardi qal li dan il-proġett se jwassal biex jiġu ffrankati ta’ 692 siegħa kumplessiva ta’ traffiku kuljum. “Dan ifisser kollu benefiċċju fi tnaqqis ta’ emissjonijiet,” temm jgħid Azzopardi.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia qal li matul l-aħħar snin il-ħidma tal-Gvern kienet ibbażata fuq żewġ pilastri: il-konsolidazzjoni tat-tkabbir ekonomiku li esperjenza l-pajjiż fl-aħħar żminijiet, u investiment b’mod sostanzjali fl-infrastruttura tal-pajjiż biex dan iulaħħaq mat-tkabbir ekonomiku. Tenna li dan kien possibbli grazzi wkoll għall-fondi Ewropej.

    Is-Segretarju Parlamentari Farrugia temm jgħid li “bil-fondi Ewropej mhux biss qed ninvestu investiment bla preċedent fl-infrastruttura tal-pajjiż, iżda qed ninvestu f’bidla fil-mentalità fejn jidħol trasport alternattiv.”

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u għall-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis qal li dan huwa proġett ta’ effiċjenza ta’ timelines u budgeting. Qal li dan il-proġett jirrispetta tliet prinċipji bażilari: l-aċċessibbilta u konnettività, is-sigurtà, u l-ħarsien tal-ambjent.

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura, u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li kien ilu jintqal li kien se jsir proġett biex tittaffa l-problema tat-traffiklu fl-inħawi. “Aħna rajna li dan il-proġett inwettquh u nwettquh fi żmien rekord.”

    Saħaq li “sentejn ilu biss kellna fabbriki li kienu kważi forma ta’ rawndebawt kbira. Senailu bdejna x-xogħlijiet, u fix-xhur li ġejjin se jitlesta l-proġett kollu.” Tenna li dan il-proġett se jkun qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-madwar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0