Ħaddiem rapportat nieqes wara li jiżviluppaw nirien fuq l-uniku aircraft carrier Russu

  • Diċ 12, 2019 11:44
  • Miktub minn iNews

    L-aircraft carrier Russu “Admiral Kuznetsov” kien involut f’inċident f’tarna fl-Artiku, wara li partijiet minnu nħakmu minn nirien. Mill-inqas ħaddiem wieħed huwa rapportat nieqes.

    Żewġ persuni wkoll kienu rapportati neqsin fin-nirien, madankollu nstabu qawwijin u sħaħ aktar tard. Dan filwaqt li sitta oħrajn ġew salvati minn fuqu.

    Intant midja lokali qed tirrapporta li tliet persuni qed jirċievu kura għall-ġrieħi li sofrew.

    L-“Admiral Kuznetsov” kienu qed isirulu tiswijiet fit-tarza ta’ Zvezdochka f’Murmansk. Dan wara li f’Ottubru tas-sena li għaddiet sofra ħsarat meta krejn kien waqa’ fuq il-gverta tiegħu.

    Aktar minn 400 persuna kienu jinsabu abbord il-bastiment meta żviluppaw in-nirien. L-Admiral Kuznetsov” – li kien varat fl-1985 – kienu qed isirulu l-ewwel tiswijiet maġġuri mill-197 ’l hawn.

    It-tiswijiet kienu mistennijin li jitlestew sal-aħħar tas-sena li ġejja, bl-aircraft carrier jerġa’ jingħaqad mal-flotta Russa fl-2021.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0