Il-kultivazzjoni tal-kannabis mhux bilfors twassal għal ħabs

  • Diċ 12, 2019 11:25
  • Miktub minn Carmen Cachia

    Il-Gvern se jagħmel abbozz ta’ liġi li bih il-Qorti tiddeċiedi x’tip ta’ pieni jingħataw…

    Pass ieħor fir-riformi fil-liġijiet tad-droga li saru fl-2015 huwa abbozz ta’ liġi li se jiġi ppreżentat kif jerġa’ jiftaħ il-Parlament s-sena d-dieħla fejn jipproponi li l-Qrati ta’ Malta jingħataw diskrezzjoni sħiħa f’sentenzi li jagħtu għall-kultivazzjoni tal-kannabis f’każi ta’ użu personali.

    Il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, ħabbar pakkett ta’ emendi li fih il-Qrati ma jkunu obbligati jagħtu piena ta’ ħabs bilfors f’każi li huma konvinti li l-kultivazzjoni hija għall-użu personali biss. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat il-qrati ħeġġu lill-Gvern biex issir bidla fl-istess liġi.

    L-għan ta’ dan l-abbozz huwa biex il-Qrati jiddeċiedu jekk f’każi partikolari, il-kultivazzjoni ta’ pjanta tal-kannabis kinitx għall-użu esklussiv tal-ħati u jippermetti li l-Qorti tapplika l-piena li hija tqis xierqa fiċ-ċirkostanzi minflok li tkun obbligata tapplika pieni mandatorji fil-każijiet kollha ta’ kultivazzjoni għall-użu personali li jinvolvu aktar minn pjanta waħda.

    Bil-bdil tal-liġijiet fl-2015, għall-ewwel darba f’Malta saret distinzjoni bejn il-kannabis u drogi oħra. Qabel l-2015 persuna bil-vizzju tad-droga kienet meqjusa bħala persuna li wettqet reat kriminali anke jekk din tinqabad b’ammont żgħir. Bir-riformi, f’każi ta’ pussess ta’ inqas minn 3.5 grammi, il-persuni bdew jitressqu quddiem tribunal fejn jingħataw piena ta’ multa u mat-tieni darba jidhru quddiem bord biex dawk li jkunu jridu joħorġu mill-vizzju tad-droga jingħataw trattament minflok ħabs. 

    Il-Ministru Bonnici qal li permezz ta’ dawn ir-riformi inkisbu riżultati pożittivi ħafna fejn mill-2015 sa’ Diċembru tal-2019, aktar minn 200 persuna ġiet salvata mill-vizzju tad-droga. Huwa żied jgħid li kieku ma nbidlitx il-liġi ,dawn il-persuni kienu jmorru l-ħabs iżda minflok ingħataw it-tieni ċans.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0