Boris Johnson mistenni jikseb maġġoranza ta' 28 siġġu

  • Diċ 12, 2019 10:13
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson huwa mistenni li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li se tkun qed tiżvolġi fl-Ingilterra. Dan joħroġ minn stħarriġ li kien ippubblikat lejlet it-teħid tal-vot.

    L-elezzjoni tal-lum ġiet deskritta minn bosta partiti bħala l-aktar waħda importanti għall-Ingilterra fi żmien riċenti, b’Johnson jistinka biex jikseb maġġoranza kbira biex ikun jista’ jipproċedi bi Brexit ix-xahar li ġej.

    Intant il-Partit Laburista qed iwiegħed referendum ġdid dwar Brexit, kif ukoll razzjonalizzazzjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u tal-ferroviji.

    YouGov, li fl-elezzjoni ta’ sentejn ilu fi stħarriġ kien preċiż ferm fit-tbassir tar-riżultat, intant qed tisħaq li Johnson mistenni li jikseb maġġoranza ta’ 28 siġġu. Dan meta ġimagħtejn ilu kien mistenni li jikseb maġġoranza ta’ 68 siġġu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook