Mill-inqas tmien persuni jmutu f'nirien qawwijin li ħakmu fabbrika illegali tal-plastik fil-Bangladesh

  • Diċ 12, 2019 00:33
  • Miktub minn iNews

    Mill-inqas tmien persuni mietu, filwaqt li 24 oħrajn huma deskritti li jinsabu f’qagħda kritika, wara li nirien qawwijin ħakmu fabbrika illegali tal-plastik barra mill-kapitali tal-Bangladesh, Dhaka.

    In-nirien ħakmu lill-fabbrika lbieraħ waranofsinhar u f’ħakka t’għajn infirxu madwar il-fabbrika Prime Patent Plastic.

    “Wieħed mill-ħaddiema miet fuq il-post kaġun tal-ħruq li sofra, filwaqt li 33 ħaddiem ieħor sofrew ġrieħi kritiċi. Segħa minnhom mietu aktar tard fid-Dhaka Medical College Hospital,” saħaq il-kap tal-pulizija Shah Zaman f’kummenti li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP.

    Huwa żied jgħid li l-fabbrika kienet qed topera illegalment u tenna li għexieren ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar damu għal xejn inqas minn tliet sigħat biex ikkontrollaw in-nirien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0