Jonathan Darmanin jirbaħ il-Kampjonati Downhill tal-Mountain Bike

  • Diċ 12, 2019 00:22
  • Miktub minn iNews

    L-isport tad-downhill tal-mountain bike huwa tellieqa kontra l-ħin li jirrijkedi teknika tajba. Dawn it-tip ta’ tlielaq huma essenzjalment prova tal-ħin individwali. Iċ-ċiklisti huma meħtieġa jieħdu sehem f’sensiela ta’dawrien fuq ir-rotta f’temp ta’siegħa sabiex jiġu kklassifikati f’kategorija skond id-dawrien miksubin f’dik is-siegħa. 

    Il-kampjonati li saru dan l-aħħar f’Selmun raw 17-il rikkieba jikkompetu fuq rotta teknika għall-aħħar. It-terren sar aktar diffiċli minħabba x-xita qawwija li niżlet qabel il-ġurnata tat-tellieqa. Dan irriżulta f’korsa aktar teknika mis-soltu li kien jirrikjedi livell tajjeb ta’esperjenza u preċiżjoni sabiex il-ħin ta' kwalifikazzjoni jkun baxx kemm jista' jkun.

    L-aħjar ħin ta’kwalifikazzjoni kien irreġistrat minn Damian Camilleri li mexxa l-kumplament taċ-ċiklisti tal-kategorija Elite li kienu jinkludu Jonathan Darmanin, Robert Magro, Damian Camilleri, Luca Grixti u Darrell Fiorini.

    It-taqtigħa għar-rebħa kienet waħda kbira minħabba li l-ewwel tliet ċiklisti rreġistraw l-istess ħin. Fil-fatt, kien inqas minn ftit sekondi id-distakk ta’bejniethom. It-tellieqa ntrebħet minn Jonathan Darmanin, li kien segwit minn Robert Magro u Damian Camilleri li ħadu t-tieni u t-tielet post rispettivament. 

    L-azzjoni spettakolari li dawn it-tip ta’tlielaq jagħħtu fissret li l-korsa laqgħet folla kbira ta’ spettaturi li kienu qegħdin jinkoraġġixxu lill-kompetituri matul it-tellieqa.

    "L-istaġun tal-Mountain Bike għal din is-sena wasal fi tmiemu. It-tlielaq tad-Downhill irriżultaw popolari ħafna mal-ispettaturi. Dan huwa tajjeb ħafna għaliex jagħtu liċ-ċiklisti opportunità biex jagħtu spettaklu bil-kapaċitajiet tagħhom. L-Assoċjazzjoni issa qed tħares 'ilquddiem għall-istaġun 2020, li għalih il-preparamenti huma diġà għaddejjin sew,"- Pierre Zammit Endrich, president tal-Malta Mountain Bike Association.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0