Kap ta' skola aggredita minn ġenitur irrabjata ... pjan biex jiġu introdotti miżuri ta' sigurtà

  • Diċ 11, 2019 19:45
  • Miktub minn iNews

    Kap ta’ skola primarja fil-Ħamrun qed issofri minn ġrieħi ħfief wara li sfat attakkata minn ġenitur irrabjata minħabba li binha ma tħalliex imur ħarġa tal-iskola għax kien ma jiflaħx.

    Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m fi Triq Guże Pace il-Ħamrun. L-inċident qed jiġi investigat mill-pulizija.

    Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ġiet ikkundannata din l-imġiba ntqal li jinsab għaddej proċess biex jiġu introdotti diversi miżuri ta’ sigurtà fl-iskejjel ħalli każijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

    L-istqarrija tkompli li diġà ħarġet sejħa pubblika u li bħalissa qed tiġi evalwata u ġġudikata biex bi pjan ta’ tliet snin l-iskejjel ikunu sorveljati aktar u aħjar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0