Chris Fearne jitfa' n-nomina tiegħu għall-elezzjoni biex jinħatar mexxej ġdid tal-PL

  • Diċ 11, 2019 19:17
  • Miktub minn iNews

    Illejla d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Mexxej tal-Partit Laburista. 

    “Għamilt dan b’sens ta’ lealtà lejn il-prinċipji u l-valuri li fuqhom huwa msejjes il-Partit Laburista li fih ili nimmilita għal dawn l-aħħar 40 sena” stqarr Fearne ftit tal-minuti wara li tefa’ n-nomina tiegħu. 

    “Għamilt dan ukoll b’sens ta’ lealtà u b’sens ta’ dover lejn pajjiżna, lejn il-poplu Malti u Għawdxi, li fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017 ta mandat qawwi u bla preċedent lill-Partit Laburista biex imexxi lil pajjiżna. Mandat li mill-kariga ta’ Prim Ministru nara li nkomplu nonoraw u nirrispettaw billi nkomplu nwettqu dak li għadna mawettaqnix mill-Programm Elettorali, u allura, il-programm ta’ ħidma tal-Gvern.”

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa sostna li dan huwa mument storiku, mument diffiċli u mument delikat kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-Partit Laburista.  

    “Dawn huma mumenti li jitolbu kuraġġ u determinazzjoni tal-azzar. Mumenti ta’ maltemp, li ċertament ħadd ma xtaqhom, imma huma wkoll mumenti li trid tiffaċċja mingħajr biża’. Ma ngħidx li ma xtaqtx li ċ-ċirkostanzi kienu aktar sereni, li l-baħar kien kalm, imma rrid ngħid ukoll li l-maltemp qatt ma bżajt minnu u mhux se nibża’ minnu issa. Nagħmel dan billi nagħti saħħti, ħilti u ħajti għall-Partit Laburista u għal pajjiżna.”

    Id-Deputat Prim Ministru żied jgħid li kulħadd għandu jħossu assigurat li deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu se jittieħdu kemm fl-interess tal-Partit kif ukoll fl-interess tal-pajjiż. 

    “Dak li wettaqna tul is-sitt snin li għaddew b’risq il-poplu tagħna jista’ jarah u jmissu kulħadd. Jekk ningħata l-fiduċja tal-membri tal-Partit se nassigura li dan mhux talli ma ninsewħx, talli jservi ta’ bażi soda u ta’ pedament qawwi, biex inkomplu nibnu fuqu. Dan filwaqt li nuru serjetà, determinazzjoni, maturità u  nżommu id soda fuq it-tmun tal-Partit u tal-pajjiż. Hekk biss u bl-ghaqda ta’ bejnietna nistgħu inwettqu l-mandat qawwi li tagħna l-poplu u meta tiġi f’waqtha l-elezzjoni ġenerali nerġgħu nerbħu b’qawwa kbira.”

    “Kburi li jien Malti, kburi li jien Laburist,” temm jgħid Chris Fearne.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook