[FILMAT] “F’dan l-istadju l-għaqda nazzjonali hija prijorità” - Jean Claude Micallef

  • Diċ 11, 2019 14:50
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Jean Claude Micallef ġie elett b’total ta’ 1887 vot bħala deputat parlamentari f’isem il-Partit Laburista f’elezzjoni każwali fuq it-tielet distrett. 

    Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, huwa qal lil dan is-sit li huwa konvint li se jkun qiegħed fil-parlament fi żmien pjuttost delikat u sensittiv. “Għaldaqstant,” qal Micallef, “se nara li nkun ta’ kontribut ewlieni biex inkomplu niġġieldu l-għira, il-ħdura u l-mibgħeda. Din kienet l-għajta li jien fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet rajt li niġġieled. Sfortunatament għadna naraw sintomi tagħha u għaldaqstant żgur li f’dan l-istadju l-għaqda nazzjonali hija prijorità.”

    Micallef qal li se jkun qiegħed iħares ‘il quddiem anka fuq livell distrettwali fejn se jagħti leħen aktar sod lil Marsaxlokk, iż-Żejtun, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq.

    Huwa qal li jinsab sodisfatt li x-Xlukkajri, Għaxqin, Skalin u Żwieten emmnu fih qabel huwa stess m’emmen li se jagħmel dan il-pass. Huwa nnota kif f’ħamsin sena ta’ Indipendenza, issa nistgħu ngħidu li x-Xlukkajri eleġġew l-ewwel deputat tagħhom fil-gvern.

    Fl-isfond tal-elezzjoni interna fi ħdan il-Partit Laburista, Micallef qal li se jkun qiegħed jaħdem mal-futur Prim Ministru biex il-legat li se jkun qiegħed iħalli l-Prim Ministru Joseph Muscat ikompli jkattar il-ġid. Huwa temm jgħid li għaldaqstant jara futur li jgħaqqadhom mhux biss bħala partit imma anka bħala poplu Malti.

    Micallef se jkun qiegħed jieħu s-siġġu ta’ Helena Dalli li bdiet isservi bħala Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook