Bianca Andreescu magħżula l-Atleta tas-Sena tal-Kanada

  • Diċ 11, 2019 11:11
  • Miktub minn iNews

    Bianca Andreescu ġiet ippremjata bil-Lou Marsh Trophy bħala l-Atleta tas-Sena tal-Kanada, biex temmet sena rimarkabbli li fiha t-teenager saret l-ewwel tennista champion tas-singles tal-Grand Slam bit-trijonf tagħha fil-US Open.

    Andreescu, li sena ilu ftit li xejn kienet magħrufa minn ħafna Kanadiżi, kienet għażla unanima wara staġun meraviljuż li fih hija għelbet lil Serena Williams fil-finali tal-US Open kif ukoll waslet sar-raba’ post tar-rankings tad-dinja li s’issa huwa l-ogħla wieħed tal-karriera tagħha.

    “Ninsab grata ħafna għal dan l-unur. Ma kontx qed nistennih u biex inkun l-ewwel player tat-tennis li rbaħtu hija xi ħaġa li ma stennejtx lanqas,” qalet Andreescu, 19-il sena, fi stqarrija maħruġa minn Tennis Canada.

    “L-ebda suċċess tiegħi din is-sena ma kien ikun possibbli mingħajr s-sapport mill-Kanadiżi kollha.”

    Andreescu, li fl-aħħar tas-sena 2018 kienet tokkupa l-178 post tar-rankings iżda li spiċċat dan l-istaġun fin-numru ħamsa, bdiet tiġbed l-attenzjoni meta f’Jannar għelbet żewġ ex-players numru wieħed tad-dinja, Caroline Wozniacki u Venus Williams, fi triqitha lejn il-finali ta’ Auckland.

    Imbagħad f’Marzu, hija rebħet it-titlu tal-Indian Wells bħala wildcard, iżda injury fi spallitha sfurzata tirtira mil-logħba tal-aħħar 16 fit-tournament ta’ wara f’Miami  li anke kkważa li titlef ħafna mit-tournaments fuq it-tafal u l-ħaxix tal-istaġun.

    Il-Kanadiża tilfet erba’ logħbet biss kompluti matul l-istaġun, li hija temmet bir-rekord ta’ 48-7 inklużi dawk li rtirat minnhom minħabba l-injuries.

    Il-finalisti l-oħra għal dan l-unur, li huwa msemmi għall-ex editur tal-isports tat-Toronto Star, kienu l-isprinter Andre De Grasse, il-golfer Brooke Henderson, il-goalkeeper tal-hockey, Jordan Birmingham u l-pitcher tal-MLB, Mike Soroka.

    “L-isports Kanadiż kien mill-aqwa din is-sena u bla dubju hemm ħafna iktar atleti li jistqħoqqilhom biċċa minn dan il-premju wkoll – aħna kollha nimmotivaw lil xulxin biex inkunu aħjar, qalet Andreescu.

    “Ma nistax nistenna dak li s-sena 2020 se ġġib magħha u jiena dejjem kburija li nirrappreżenta lill-Kanada fl-ogħla livell.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0