Ma jinstabx ħati ta’ attentat ta’ serq billi ma kienx identifikat

  • Diċ 11, 2019 10:42
  • Miktub minn iNews

    Mario Camilleri ta’ 50 sena ma nstabx ħati li pprova jisraq minn residenza fir-Rabat wara li baqa’ ma kienx identifikat bħala l-persuna li allegatament wettaq ir-reat. 

    Il-każ imur lura għat-23 ta’ Ottubru 2018. Fil-Qorti ħareġ li vettura li kienet reġistrata fuq Camilleri tidher tgħaddi diversi drabi minn quddiem id-dar li ġiet sgassata. 

    Il-vettura ġiet pparkjata eżatt mal-faċċata tal-kantuniera tad-dar inkwistjon u dawk li kienu qed jagħmlu użu mill-vettura jidhru jagħmlu kuntatt mal-aperturi u mal-bibien tar-residenza.

    Dak li jirriżulta biċ-ċar li hu x-xufier tal-vettura jidher ġej bil-ġirja u jidħol fir-residenza li kien għadu kemm ġie sgassat mill-persuna li kien riekeb miegħu. Dawn pero’ jibqgħu mhux identifikabbli sal-grad mistenni - li jidhru jittawlu ġewwa r-residenza (fejn jaslu jiftħu l-grada tal-bieb ta’ barra) u anke ħerġin minn ġol-garaxx li jidher bil-bieb miftuħ.

    Fil-Qorti minn imkien ma rriżulta li dik il-vettura kien jagħmel użu minnha l-imputat biss, riżultanza li potenzjalment kienet issaħħaħ il-każ tal-prosekuzzjoni. 

    “Mhemmx dubju li l-preżenza kontinwa tal-vettura reġistrata f’isem l-imputat fl-akwati tal-post li ġie sgassata, hi suspettuża għall-aħħar u l-probabilità kbira hi li l-imputat, bħala s-sid tal-vettura, għandu x’jirrispondi għall-akkadut.

    “Iżda minkejja din il-possibilità kbira kemm hi kbira, li l-provi akkwiżiti jwasslu għaliha, kulma teżisti hija sempliċi spekulazzjoni u fil-kamp penali mhemmx lok għal spekulazzjoni,” qalet il-Qorti. 

    Wara li eżaminat bir-reqqa l-istills li nħarġu mill-filmati, il-Qorti kkonfermat dak li kien xehed l-Ispettur Joseph Mercieca, li l-imputat jibqa’ ma jiġix idenfikabbli għalkemm il-persuna li tidher issuq il-vettura u terħilha bil-ġirja għal ġol-fond sgassat, hi ta’ struttura li tixbah dik tal-imputat. 

    Għaldaqstant fid-dawl ta’ dan, il-Qorti lliberatu mill-akkużi miġjuba kontrih. L-Avukat David Gatt deher għal Camilleri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook