Kant, Ikel u Xorb, Logħob għat-Tfal u ħafna aktar f’atmosfera tal-Milied fis-Siġġiewi

  • Diċ 11, 2019 10:18
  • Miktub minn iNews

    Dan huwa dak li se jkun qed jikkaratterizza l-ħames edizzjoni ta’ Milied fis-Siġġiewi, il-lokalità li l-qaddis patrun tagħha San Nikola għandu rabta speċjali mal-Milied.

    Għal sena oħra l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħaseb biex jorganizza  programm għal din l-attività li huwa wieħed varjat u li jolqot lill-persuni ta’ kull età.

    L-aktar attrazzjoni li qed tiġbed interess hija dik ta' paegent tal-istorja tal-milied li ser ikun fih is-sehem ta' annimali filwaqt li warajh ikun hemm presepju ħaj. Iżda, dan mhux biss għaliex, se jkun hemm spjegazzjoni minn espert lokali dwar kif tagħmel presepju.

    Ma jonqsux wkoll l-attrazzjonijiet għat-tfal b’bosta logħob, ikel tradizzjonali tal-Milied, xi tazza inbid sħuna u anke il-qastan.  Se jkun hemm ukoll bejgħ ta’ affarijiet tal-Milied minn bosta gabbani, żfin u anke kant tal-Christmas Carols.

    Kull min żar Citta Ferdinand fl-aħħar jiem setgħa wkoll japprezza s-siġra tal-Milied f’nofs il-pjazza tar-raħal. Dan it-tiżjin se jkompli jiżdied ukoll biex jikkumplimenta din l-attività.

    Milied fis-Siġġiewi se tkun qed issir nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru 2019 mill-16:00 ‘il quddiem fi Triq San Nikola u anke Pjazza San Nikola.

    Din l-attività qed tittella bl-għajnuna tal-voluntiera u l-għaqdiet tar-raħal  apparti wkoll l-għajnuna finanzjarja tar-Reġjun ta’ Nofsinhar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0