[AĠĠORNAT] Jean Claude Micallef se jieħu post Helena Dalli fil-parlament

  • Diċ 11, 2019 08:00
  • Miktub minn iNews

     

    1:30 p.m: Jean Claude Micallef se jkun qiegħed jieħu post Helena Dalli wara li kiseb total ta' 1887 vot.

    11:50 a.m: Sebastian Muscat jikseb total ta' 128 vot u b'hekk issa fadal biss l-aħħar parti tal-proċess qabel jitħabbar il-persuna elett bl-akbar ammont ta' voti.

    11.40 a.m: Hekk kif ngħaddu wkoll il-voti ta' Jean Claude Micallef, li kiseb total ta' 1116 vot, issa fadal biss jingħaddu l-voti ta' Sebastian Muscat.

    11:20 a.m: Hekk kif il-proċess għaddej ġmielu s'issa Mario Calleja kiseb total ta' 1149 vot u Edric Micallef 512 vot. Il-proċess ikompli biex minn hawn u ftit ieħor inkunu nafu min kiseb l-akbar ammont ta' voti.

    11:00 a.m: Inewsmalta tinsab fiċ-Ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar fejn aktar tard mistenni jitħabbar min se jkun qiegħed jieħu post Helena Dalli fil-Parlament.

    8:00 a.m: Dalgħodu fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar ikun magħruf min se jieħu post Helena Dalli fil-Parlament.

    Il-voti f'din l-elezzjoni każwali se jibdew jingħaddu fid-9:00 a.m. bl-erba' kandidati li qed jittamaw li jeħdulha postha huma Mario Calleja, Edric Micallef, Jean Claude Micallef u Sebastian Muscat.

    Dalli, li kienet ilha tiġi eletta fil-Parlament mill-1996, irriżenjat wara li mill-1 ta' Diċembru li għadda bdiet isservi bħala Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

    Min jitla' mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra fl-20 ta' Jannar li ġej hekk kif il-Parlament jirritorna wara l-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0