Davide Santoni barra mill-azzjoni

  • Diċ 11, 2019 00:10
  • Miktub minn iNews

    Aħbar xejn sabiħa li rċieva l-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, kienet dik li d-difensur Davide Santon weġġa’ f’koxxtu l-leminija u se jkollu jibqa’ barra mil-logħob għal xi żmien. Dan il-player ta’ 28 sena weġġa’ waqt il-logħba li l-Giallorossi lagħbu kontra Inter li spiċċat fi draw ta’ 0-0. Fonseca kellu jagħmel sostituzzjoni sfurzata meta fis-16-il minuta daħħal lil Leonardo Spinazzola flok l-istess Santon. Dan tal-aħħar deher ferm diżappuntat b’dak li ġara proprju fiż-żmien meta kien qed juri l-aqwa logħob tiegħu.

    Santon ingħaqad mat-team mill-kapitali Taljana fil-25 ta’ Ġunju li għadda mingħand Inter għas-somma ta’ €9.5 miljun u ffirma kuntratt ta’ erba’ snin.

    S’issa huwa lagħab 22 partita magħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook