Rocco Commisso qed tispiċċalu l-paċenzja

  • Diċ 11, 2019 00:52
  • Miktub minn iNews

    Kull ċittadin ta’ Firenze, b’mod partikolari dawk dilettanti tal-football u partitarji ta’ Fiorentina qed jitkellmu dwar il-kriżi ta’ riżultati li qed jiffaċċjaw. L-affarijiet jidhru li sejrin mill-ħażin għall-agħar tant li ilhom ma jirbħu ħames logħbiet filwaqt li tilfu l-aħħar tliet konfronti tagħhom. Fl-aħħar partita kontra Torino li huma sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1, deher team mhux daqstant motivat u dan kollu qed iwassal għal dawn it-tip ta’ riżultati.

    Kien hawnhekk li tkellem il-president tal-club, Rocco Commisso, li kien ferm iebes fil-kummenti tiegħu meta qal li hu ħa dan il-club mhux biex jitlef iżda biex jirbaħ. Commisso sostna li hemm bżonn li l-players jemmnu aktar fihom infushom forsi jibdew jaslu r-riżultati mixtieqa.

    Bosta segwaċi tal-football Taljan sostnew li minkejja li Commisso ma semmiex lill-coach Vincenzo Montella, dan tal-aħħar jinsab fil-periklu li jista’ jiġi mneħħi fil-waqfa wara l-festi tal-Milied.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook