Napoli jkeċċu lil Carlo Ancelotti

  • Diċ 11, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews

    Sigħat ftit wara li għelbu lil Genk bl-iskor ta’ 4-0 u għaldaqstant ikkwalifikaw għal mal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Napoli keċċew lill-coach Carlo Ancelotti.

    Din it-tkeċċija waslet bħala sorpriża minkejja li kienet antiċipata minħabba li tkissret ir-relazzjoni mal-president Aurelio De Laurentiis minn Ottubru li għadda.

    Dan wara li l-president kien talab li l-players imorru għal irtir minflok jingħaqdu mal-familjari tagħhom minħabba sensiela ta’ riżultati negattivi. Dawn l-istess players bl-ebda mod ma riedu jobdu din l-ordni fejn Ancelotti kien voċiferu favur il-players … u proprju minn dan il-punt bdiet it-triq tat-tkeċċija tal-coach.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook