Kunċert tal-Milied għall-impjegati tal-Grupp Farsons u l-familji tagħhom

  • Diċ 09, 2019 13:34
  • Miktub minn iNews

    Dan l-aħħar ġie organizzat Kunċert tal-Milied mill-Orkestra Metropolitana ta’ San Pawl għall-impjegati tal-Grupp Farsons u qrabathom. Il-kunċert, li sar fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina, kien ospitat miċ-Chairman tal-Grupp, is-Sur Louis A. Farrugia u martu, is-Sra Monica Farrugia. Wara li ntemm, kien hemm riċeviment u dawra mal-Mużew tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina.

    Fl-indirizz tiegħu, is-Sur Farrugia qal li, “Din l-okkażjoni unika ġiet organizzata biex tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet tad-90 anniversarju tal-produzzjoni tal-birra, is-sena l-oħra, u tad-90 anniversarju taċ-CISK, li qed infakkru din is-sena. Qed niċċelebraw il-viżjoni u d-determinazzjoni ta’ dawk li ġew qabilna, miżmumin minn dawk kollha li llum jaħdmu ma’ Farsons b’passjoni, b’impenn u b’kompetenza. Għalhekk huwa xieraq li llum niċċelebraw dawn l-anniversarji mal-familji tagħna f’dan iż-żmien speċjali tas-sena u f’dan il-katidral maestuż.”

    Is-Sur Farrugia ffoka wkoll fuq kemm hu importanti li Farsons tibqa’ tħaddan il-valuri tas-suċċess, il-ħidma f’tim, ir-rispett, l-integrità u l-istandards tal-ogħla kwalità.

    Hu rringrazzja lill-membri tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina għall-appoġġ professjonali tagħhom, lill-Orkestra Metropolitana ta’ San Pawl, immexxija mill-Maestro Mark Agius, lill-kor u lis-solisti, kif ukoll lit-tim organizzattiv ta’ Farsons. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0