Kampjonat Premier: Draw li ma ssodisfa lil ħadd

  • Diċ 09, 2019 13:12
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Valletta ........ 1

    Hibernains ... 1

     

    Valletta u Hibernains temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, liema draw żgur li ma ssodisfa lill-ebda team hekk kif iż-żewġ timijiet jinsabu fil-bżonn tal-punti biex ikomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

    Kienu l-Pawlisti l-ew­wel li ħolqu l-periklu  wara tmien minuti, meta l-captain Bjorn Kristen­sen għadda tajjeb lejn id-difensur internazzjonali Dun­stan Vella li avvanza fil-kaxxa qabel kellu x-xutt insidjuż tiegħu mill-viċin jintemm barra.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-27 minuta resqu ferm viċin li jiftħu  l-iskor meta Imanol Iriberri minn pożizzjoni ideali kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper, Henry Bonello, li ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu.

    Iżda kienu Valletta li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-42 minuta meta Matteo Piciollo pprovda l-assist lejn MARIO FONTANELLA li avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Il-Pawlisti wettqu reaz­zjoni mmedjata u fil-45 minuta, id-difensur Andrei Agius mill-viċin ra lil Bonello idawwar f’corner biex evita goal ċert.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hibernains ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u ma damux biex għamlu dan meta fit-63 minuta, Gabriel Izquier Artiles indirizza cross preċiż lejn LEO­NARDO NANNI, li permezz ta’ xutt mill-ewwel tefa’ ġewwa.

    Valletta wieġbu fil-71 minuta permezz ta’ xutt angolat ta’ Kyrian Nwoko li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper Marko Jovicic.

    Il-partita kompliet tis­bieħ u żewġ minuti wara, Jake Grech resaq viċin iżda sab lill-goalkeeper Belti attent meta dawwar f’corner.

    Fil-81 minuta, kien imiss lil Lilywhites li jersqu viċin iżda minn pożizzjoni ideali t-Taljan Fontanella falla l-mira meta seta’ għamel aħjar. 

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 2-Jonathan Caruana (5-Ryan Camilleri 89), 4-Steve Borg, 10-Matteo Piciollo, 14-Kyrian Nwoko (9-Bojan Kaljevic 72), 16-Jean Borg, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa (92-Kevin Tulimieri 76), 24-Rowen Muscat, 88-Irakli Dzaria, 89-Mario Fontanella - Coach: Darren Abdilla

    HIBERNIANS: 61-Marko Jovicic, 3-Ferdinando Apap, 6-Leandro Da Silveira, 7-Joseph Essien Mbong, 8-Jake Grech (4-Jens Alex Wemmer 89), 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 18-Gabriel Izquier Artiles, 20-Andrei Agius, 23-Leonardo Nanni (9-Terrence Groothusen 80), 32-Imanol Iriberri (10-Jurgen Degabriele 80) -Coach: Stefano Sanderra

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Matthew Degabriele

    SKORERS:M. Fontanella 42 (V), L. Nanni 63 (H)

    AMMONITI:S. Borg (V), L. Nanni, G. Izquier Artiles (H)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Matteo Piciollo (V)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook