Jean Claude Micallef jitfa' n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali

  • Diċ 09, 2019 10:14
  • Miktub minn iNews

    Jean Claude Micallef ħabbar li dalgħodu tefa' n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali tat-tielet distrett hekk kif ġie vakat is-siġġu ta' Membru Parlamentari mill-Onorevoli Helena Dalli.

    L-istess Onorevoli Dalli, illum Kummissarju Ewropew flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u Manuel Micallef, missier Jean Claude u esponent ewlieni tal-PL, kienu t-tliet membri li nnominaw lil Jean Claude Micallef biex ikun kandidat tal-PL fl-Elezzjoni ta' Ġunju 2017.

    Kemm-il darba jkun elett, Jean Claude Micallef ikun l-ewwel membru parlamentari Xlukkajr fil-Gvern.

    Il-kandidatura ta' Jean Claude Micallef għall-elezzjoni ta' nhar l-Erbgħa 11 ta' Diċembru, 2019 ġiet nominata minn Francois Pace minn Ħal Għaxaq, Allison Agius minn Marsaskala, Cedric Baldacchino minn Marsaxlokk u Christian Attard miż-Żejtun.

    Illum kien l-aħħar jum li wieħed seta' jissottometti l-kandidatura tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook