FILMAT: Il-Moviment Graffitti jimblokka Kastilja… jitolbu r-riżenja tal-Prim Ministru

  • Diċ 09, 2019 07:56
  • Miktub minn iNews

    Minn kmieni dalgħodu l-Moviment Graffitti sebaħ f’Kastilja fejn flimkien ma’ gruppi u individwi oħra qegħdin jitolbu r-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

    Fi stqarrija, il-Moviment Graffitti qal li jinsab f’Kastilja biex jitlob ir-riżenja ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru. Madankollu, qalu li mhux Muscat biss il-problema, hekk kif saħqu li jinsabu inkwetati ferm dwar is-sitwazzjoni mwergħa li ħakmet lill-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż. Il-Graffitti qalu li pajjiżna mess il-qiegħ, hekk kif mhux biss qegħdin nitkellmu dwar korruzzjoni iżda wkoll dwar qtil politiku. 

    Il-Graffitti qalu li marru jimblukkaw Kastilja għax jemmnu li l-Prim Ministru Joseph Muscat m’għadux denju li jkompli jokkupa l-kariga tiegħu u li l-wegħda tiegħu li jirriżenja f’Jannar mhix biżżejjed. Qalu li Muscat jixtieq iwassal messaġġ li kollox għaddej ‘business as usual’, madankollu qalu li dan mhux minnu sakemm Keith Schembri għadu ħieles. 

    Qalu li t-talba tagħhom u ta’ ħafna nies oħra, hi li jirriżenja u jwarrab immedjatament.

    Filwaqt li aktar kmieni d-dimostranti kienu qegħdin fid-daħla ta' Kastilja, issa nħarġu 'l barra u l-bibien ta' Kastilja ngħalqu. Minħabba f'hekk kien hemm uħud mid-dimostranti li bdew iħabbtu fuq il-bibien. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook