Il-Messaggero: Lazio jagħtu lezzjoni lil Juventus

  • Diċ 09, 2019 00:42
  • Miktub minn iNews

    “Fantastica Lazio, lezione di calcio a Sarri” - Lazio fantastika, lezzjoni ta' football lil Sarri - Dan kien it-titlu tal-ġurnal ta’ “Il Messaggero” li fih tkellem b'mod intensiv dwar ir-rebħa tajba li kellhom Lazio fuq Juventus 3-1 fi Stadio Olimpico.

    Din ir-rebħa kompliet ikkonfermat il-mument pożittiv li għaddejjin minnu t-tim immexxi minn Simone Inzaghi li ġab għarkupptejh lil dak ta' Maurizio Sarri speċjalment fit-tieni taqsima fejn wara t-tkeċċija ta' Juan Cuadrado, iċ-champions Taljani marru l-baħar. 
    Goals ta' Luiz Felipe, Sergej Milinkovic Savic u Felipe Caicedo irrispondew għall-goal inizjali ta' Cristiano Ronaldo sabiex taw l-ewwel telfa fil-kampjonat liċ-champions Taljani. 
    Din ir-rebħa ressqet lil Biancocelesti tliet punti biss bogħod mill-avversarji Bianconeri li issa jridu joqogħdu attenti li ma jiġux milħuqa.

    F'kumment li ta wara l-partita l-coach Simone Inzaghi faħħar lill-plejers tiegħu għall-wirja li taw speċjalment meta sabu ruħhom gowl minn taħt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook