Nanniet man-neputijiet jirbħu fl-ewwel edizzjoni ‘Tan-Nanna Ħelu Manna’ 2019

  • Diċ 08, 2019 19:28
  • Miktub minn iNews

    Fl-ewwel edizzjoni ta’ ‘Tan-Nanna Ħelu Manna 2019’ organizzata f’San Vinċenz de Paul mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, ma’ sittin nanniet flimkien man-neputijiet tagħhom ħadu sehem b’kejkijiet u bi Christmas logs li għamlu flimkien man-neputijiet tagħhom.     

    Fl-ewwel post għall-aqwa kejk ġiet in-nanna Karmena Vassallo, fit-tieni post Mary Baldacchino  u fit-tielet post ġiet Carmen Agius Delicata. Għall-kategorija tal-aqwa Christmas log, l-ewwel premju mar għand in-nanna Kathleen Mifsud, fit-tieni post Doris Grech u fit-tielet post Maria Sant.

    Ir-rebbieħa ntgħażlu waqt attività f’San Vinċenz de Paul minn ġurija ta’ kokijiet li kienu Neil Darmanin, Anton B. Dougall, Carmen Tedesco u Anton Baldacchino. 

    Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li din hi attività mimlija ferħ fl-ispirtu tal-Milied fejn għall-ewwel darba saret attività b’nanniet li għandhom ħiliet fl-għamla tal-ħelu li għamlu flimkien man-neputijiet tagħhom. Qal li din hi attività li saret biex il-ġenerazzjonijiet ta’ tfal, ta’ żgħażagħ u ta’ nanniet iqattgħu iktar ħin ta’ kwalità flimkien għax l-isbaħ għaqda fil-pajjiż hi ħadd ħlief il-familji. 

    Anthony Agius Decelis qal li din l-attività kienet suċċess u ħerqan li terġa’ ssir ukoll is-sena d-dieħla.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul Dr Josianne Cutajar qalet li tħossha onorata li din l-attività saret f’San Vinċenz li sar ċentru fejn il-familji b’nanniet, bi tfal u b’neputijiet jiġu flimkien f’għaqda ta’ mħabba u ta’ atmosfera ta’ ferħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook