Chris Fearne: “Se nara li isem Malta jitnaddaf minn kull tebgħa”

  • Diċ 08, 2019 10:34
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ id-deputat Laburista Robert Abela lbieraħ qal li se jkun qed jikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Laburista wara li nhar il-Ġimgħa d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kkummenta li huwa kien se jkun qed jitfa’ n-nomina tiegħu għat-tmexxija tal-Partit.

    Intant f’kumment li tana, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qalilna li “dan huwa żmien diffiċli għal pajjiżna u anke għall-partit.” Tenna li l-ewwel prijorità tiegħu f’dan il-mument huwa li jittieħdu d-deċiżjonijiet t-tajba għall-pajjiż u għall-partit.

    Żied jgħidilna li kien għalhekk li wara li tkellem mal-familja tiegħu u ma’ numru kbir ta’ persuni huwa ddeċieda li jitfa’ n-nomina tiegħu ta’ mexxej tal-Partit Laburista.

    Dr Fearne qalilna li “t-triq mhix faċli, iżda l-prijorità tiegħi se tkun li l-verità sħiħa toħroġ u l-ġustizzja kollha ssir, li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jitmexxew b’integrità, indipendenza u separati minn xulxin.”

    Saħaq li se jkun qed jara li isem Malta jitnaddaf minn kull tebgħa, “u li nxandru mal-Ewropa u mad-dinja kollha messaġġ ċar: il-vera Malta għadha hemm u ħajja f’qalb kull wieħed u waħda minnha – neis beżlin, onesti, kreattivi u li lesti jikkompetu ma’ kulħadd.”

    Temm jgħidilna li se jara li l-mandat storiku li l-poplu ta lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni, ikompli jitwettaq b’determinazzjoni akbar minn qatt qabel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook