[AĠĠORNAT] [FILMAT] Muscat: “Qed joħroġ biċ-ċar li l-Oppożizzjoni trid biss il-poter”

  • Diċ 08, 2019 10:29
  • Miktub minn iNews

    “Seren li naf li l-moviment li bnejna flimkien la beda miegħi u wisq inqas se jispiċċa miegħi.” Hekk saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskorsi tiegħu li għamel hekk kif żar in-Naxxar, u Ħaż-Żebbuġ.

    Muscar emfasizza li f’dan il-mument huwa għamel dak li huwa l-aħjar għall-pajjiż.

    Filwaqt li tenna li l-Moviment Laburista mhux se jkun qed jispiċċa mat-tmiem tal-kariga tiegħu minn Mexxej Laburista, saħaq li “anzi meta nara l-kwalità tal-persuni, il-kwalità tal-ideat li hemm, il-kwalità tal-valuri, jien ċert li ġej perjodu eċċitanti immens għall-PL u l-moviment tagħna.”

    Huwa awgura kemm lid-deputat Prim ministru chris Fearne u lid-Deputat Robert Abela li qalu li se jkunu qed jitfgħu n-nomina tagħhom għat-tmexxija tal-PL.

    “Ċert li t-tnejn li huma se jkunu qed jaħdmu magħkom u magħna biex inżommu l-punt fundamentali li fuqu kellna u għadna u jien ċert li se jibqa’ jkollna l-maġġoranza assoluta tal-parti l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi.”

    Fost ċapċip kbir Musact wiegħed lill-mexxej il-ġdid l-lealtà kkundizzjonata tiegħu.

    Hekk kif l-ewwel parti taż-żjarat tal-Prim Ministru f'kull raħal u belt f'pajjiżna ġiet fi tmiemha f'Raħal Ġdid, waqt li kien qed jindirizza lil dawk preżenti Muscat saħaq li matul dawn l-aħħar ġranet qed jidher ċar kemm l-Oppożizzjoni hija għamja għall-poter. Saħaq li filwaqt qabel kienu jistaqsu dwar meta se jkun qed jinqabad min wettaq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, issa jridu biss li dan il-Gvern jiġi fi tmiemu. “Iżda dan mhux se jkun qed jiġri,” tenna l-Prim Ministru Muscat.

    Huwa qal li minkejja se jkun qed iwarrab u jagħmel spazju lill-Mexxej ġdid tal-Partit Laburista biex ikun jista' jiggverna bl-aħjar mod, xorta waħda lest li jikkontribwixxi bl-aħjar mod jekk il-Mexxej il-ġdid isejjaħlu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook