L-Awtiżmu u kif wieħed jaddatta għal kundizzjoni tiegħu

  • Diċ 07, 2019 20:40
  • Miktub minn Mario Axiaq

    Spiss tisma il-kelma Awtiżmu, jew il-kundizzjoni ta’ l-Awtiżmu fejn ikunu qed jirreferu, għal din il-kundizzjoni li tkun qed taħkem lill xi tifel jew tifla, apparti li tkun qed taffettwa anki lill-ġenituri u nanniet u qraba ta’ dawn il-persuni.

    ‘Awtiżmu jew l-ispettru tal-awtiżmu (autism spectrum disorder (ASD) hija kundizzjoni fl-iżvilupp matul il-ħajja. Id-diffikultajiet ewlenin jidhru fil-mod li bih persuna tikkomunika, kif tinteraġixxi ma’ oħrajn, u kif din tesperjenza u tifhem id-dinja. Ħafna persuni bl-awtiżmu għandhom problemi sensorji li jistgħu jaffetwaw wieħed jew aktar mis-sensi tagħhom, minħabba li dawn ikunu jew ipersensittivi (sensittivi ż-żejjed) jew iposensittivi (mhux sensittivi biżżejjed). 

    L-awtiżmu hija kundizzjoni li tinfirex fuq spettru, jiġifieri l-grad ta’ dawn id-diffikultajiet ivarjaw minn persuna għal oħra. F’tarf wieħed tal-ispettru nsibu individwi li huma indipendenti, filwaqt li fit-tarf l-ieħor insibu lil dawk li ser ikollhom bżonn l-għajnuna matul ħajjithom kollha. 

    Minħabba li kull individwu huwa differenti, il-ħtiġijiet ta’ persuna fuq l-ispettru huma determinati mill-estent ta’ kemm l-awtiżmu jaffetwa lil ħajjitha, u dan jagħmilhom aktar uniċi. 

    Kwalunkwe programm implimentat għandu jkun personalizzat skont kif taħseb, titgħallem, tikkomunika u tipperċepixxi d-dinja dik il-persuna partikolari. Ħaġa waħda hija ċara – fl-awtiżmu m’hemm l-ebda solużżjoni waħda li hija tajba għal kulħadd. Huwa kruċjali li nifhmu lill-persuna bl-awtiżmu bħala individwu biex inkunu nistgħu nindirizzaw il-ħtiġijiet tagħha b’mod effettiv.’

    Biex nkomplu insiru nafu dwar din l-kundzzjoni ftit ilu iltqajt ma’ omm li għandha  bintha wkoll tbati minn din il-kundizzjoni u li xtaqet taqsam din l-esperjenza tagħha, dwar kif iffaċċjat din il-problema u qed tgħixa jum b’jum ma’ bintha. Din hija mara Josephine Mckay ta’ 38 sena, separata, u trid taħdem biex tkappa mal-ħajja, u tieħu ħsieb lill-bintha biex tkompli tiżviluppa u ma’ jkun jonqosha xejn f’ħajjitha.

    X’ħassejt meta sirt taf, li l-ewwel wild tiegħek qed tbati minn din il-kundizzjoni?

    Kif sirt  naf li l ewwel wildt tiegħi għandha din il-kundizzjoni   ħassejt weġgħa kbira f’qalbi, u xokk għax ma’ kontx naf xejn fuq din il kundizzjoni, u min xix setgħet ġiet ikkawżata, u min xix sejra tagħddi it- tifla.  Mhux faċli li taċċetta li l-ewwel wildt tiegħek ikollha kundizzjoni, pero iktar ma’ ddum ma’ tieħu ażżjoni iktar ibatu it-tfal.

    Ċert li din l-aħbar kienet ta’ xokk kbir għalik, imma kif iffaċċjatha?

    Ma kienx żmien faċli, anżi, pjuttost żmien diffiċli ħafna, għax ridt nerfa’ il piż kollu waħdi peress li jien separata, pero qatt ma’ qtajt qalbi u il fatt li ma’ naqtgħux qalbna, lit-tfal tagħna inkunu qed ngħinuhom iktar, għax aħna irridu nkunu dak il-bastun sod għalihom. Hija ta’ vantaġġ kbir għat-tfal li jbatu minn xi kundizzjoni, li naċċettawhom u nieħdu ażżjoni malajr kemm jista jkun, biex b’hekk, dawn jibdew minn kmieni t-trattamenti meħtieġa.

    Kellek xi tip ta’ għajnuna, bħal xi tagħrif dwar il-kundizzjoni, biex int tkun taf kif għandek taġixxi mat-tifla?

    It-tifla metas sar magħruf li kellha l-awtiżmu kellha sena u nofs, u mill-ewwel fittixt min fejn se nsib l-għajnuna meħtieġa biex nibdila trattamenti, u fejn nista jien stess nitgħallem iktar fuq din il-kundizzjoni biex inkun nista’ ngħinha tgħix sew minkejja b’din il-kundiżżjoni. 

    U x’tip ta’ tagħrif sibt, fejn u kif sibtha?

    Għajnuna sibt mill-gvern permezz ta’ CDAU fejn hemm hekk kont neħodha għal trattamenti u għand it-tabib li kien iċċertifika li għandha din il-kundiżżjoni biex żmien wara żmien naraw kif sejra u fhiex hemm bżonn naħdmu iktar għal futur tagħha.

    Kif ukoll sibt għajnuna mill-Inspire fejn hemm hekk it-tifla minn ta’ l’età ta’ sena u nofs bdiet programm apposta bħal (sensory room) (għajnuna kif tilgħab) għajnuna biex tkun tista’ tikkomunika il-bżonnijiet tagħha) peress li sa kemm kellha erba’ snin ma’ kinetx titkellem.  

    Jiena flimkien ma’ tutors tas-CDAU kif ukoll mat-tutors tal-Inspire konna naħdmu bħala katina biex id-dar inkun nista’ nkompli ngħinha. Biex inkompli nitgħallem fuq il-kundizzjoni u nkun naf iktar kif għandi nigħn lit-tifla attendejt wkoll il-korsijiet kollha li kienu jofru l-Inspire, fejn sibthom ta’ għajnuna ferm kbira. 

    Għedtli lit-tifla, damet sa’ erba snin biex lissnet l-ewwel kelma sew, x’kienet u x’ħassejt?

    L-ewwel kelma li qalet wara erba’ snin, kien mument li ma ninsieħ qatt, meta ħarset lejja u qaltli  “Mummy”, kelma li tant, kont inni nistenna, ħassejt ferħ kbir dak in-nhar, u saħansitra anki irrekordjajtha biex naqsam il ferħ tiegħi mal-familjari, wara din il-kelma tant mistennija bdiet issemmi lin-nanniet u liz-ziju u żija tagħha, ismijiet li kont dejjem nsemmihomlha 

    It-tifla kibret, u bħal tfal oħra riedet tagħmel xi passatemp, tagħmel xi ħaġa?

    Fit-tifla kont ninnota li qabel ma’ qalet l-ewwel kelmiet, dejjem kienet tkanta u timita u timmemorizza mużika tat-tfal, kif ukoll mużika u kanżunetti ta’ fuq ir-radju. (kanzunetti moderni) kienet tieħu ħafna pjaċir, anki meta tismagħni nkantalha xi ħaġa, fil-fatt bdejt nuża dan il-metodu biex anki, hi  titgħallem il-kliem u tifsir permezz tal-mużika. Illum il-ġurnata l-iktar passatemp għal qalb Mireille huwa, li titgħallem il-kanzunetti ġodda u tkanta flimkien miegħi id-dar, kif ukoll fl-akkademja La Voix fejn tieħu xi lezzjonijiet tal-kant, u f’xi konkorsi li tieħu sehem fihom, fejn issa qed tirbaħ wkoll. 

    Taħseb li dan il-passatemp tal-kant, għat-tifla kien ta’ xi għajnuna għalija?

    Iva ħafna għax permezz tal-kant dejjem qed titgħallem iktar kliem ġodda,  għax kull meta tibda titgħallem kanzunetta ġdida, hi stess tiktibha kollha l-ewwel, għalhekk qiegħed jgħinha fil-kaligrafija ukoll, kif ukoll tgħaqqad il-frażijiet.

    Appell tiegħek lill-dawk il-ġenituri, li għandhom xi tfal b’din it-tip ta’ kundizzjoni?

    L-appell tiegħi huwa li l-ewwel u qabel kollox jaċċettaw il-kundizzjoni u jfittxu l-għajnuna meħtieġa, għax it-tfal iktar ma’ jibdew kmieni aktar tkun ta’ għajnuna għalijhom, biex dejjem jimpruvjaw. Qatt u qatt ma’ jaqtaw qalbhom, din il-kundizzjoni ma’ ċċaħdekx mill-ħolm jew mix-xewqat tiegħek li tista twettaq. Dawn it-tfal huma speċjali u inteliġenti wkoll. Waqt li nappella wkoll lil-ġenituri li dejjem għandhom ngħinuhom biex jissoċjaliżżaw, għax m’għandhom xejn inqas min ħaddieħor, m’għandna qatt naħbuwhom, għax forsi jkun hemm xi nies li għadhom ma’ jafux x’inhi din il-kundizzjoni. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook