''Il-Mexxejja ta' ħila politika jiġu u jmorru, jgħaddu u jintesew... il-prinċipji li fuqhom mibni l-partit le'' - Evarist Bartolo

  • Diċ 07, 2019 08:40
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li awgura lil kull min se jkun qed jisġol għar-respnsabbiltà "sabiħa u diffiċli tat-tmexxija l-ġdida tal-Partit Laburista u tal-pajjiż", il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iddedikalhom messaġġ li kien kiteb "wieħed mill-aqwa politiċi Laburisti: Gużè Ellul Mercer."

    Bartolo kiteb li dan l-artiklu li "kitbu 90 sena ilu, iżda li għadu jgħodd ħafna llum" huwa l-fehma tal-Partit tal-Ħaddiema f'Malta u f'kull art." Huwa stqarr li ħabba dawn il-prinċipji li hu bħala politika daħal fil-Partit tal-Ħaddiema. 

    Il-Ministru Bartolo kiteb ukoll li "l-mexxeja ta' ħila politika jiġu u jmorru, jgħaddu u jintesew u minflokom jiġu oħrajn, iżda l-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-partit tal-ħaddiema , ma jinbidlux." 

    Żied jgħid li dawn il-prinċipji "jibqgħu dejjem fejn huma sakemm il-kotra tibqa' kotra, dejjem lesti biex meta jasal il-waqt, jinbena u jitwaqqaf fuqhom il-partit li jiġbor lil kulħadd miegħu, il-partit tal-futur, il-partit tal-kotra, il-partit li l-għajta tiegħu tkun:

    Ħobż, xogħol u tagħlim għal kollu kemm hu l-ħaddiem!"

    Ellul Mercer fil-kapitlu tiegħu kien kiteb li hu "qiegħed fil-Partit tal-Ħaddiema għaliex dan il-Partit mhux mibni fuq is-sisien dgħajfa tal-ħila ta’ min qiegħed imexxih, iżda fuq l-itjeb twemmin – għall-anqas fil-fehma tiegħi, hux hekk? – iġifieri fuq it-twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, u biex jgħix ta’ bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem u jiekol ta’ bniedem, tant jekk twieled bin il-għana u kemm jekk twieled bin il-faqar."

    Ikompli jgħid li fil-fehma tiegħu "il-ħila fit-tmexxija tal-kotra tista’ tkun biss ta’ ġid għall-kotra meta min ikun qiegħed imexxi lill-kotra bil-ħila tiegħu ikun qiegħed imexxiha ukoll, u fuq kollox, fit-triq li għaliha miexi il-Partit tal-Ħaddiema, u bil-fehma li minħabba fiha għidt illi jiena qiegħed fil-Partit tal-Ħaddiema. Il-fehma illi il-faqar, il-għaks u l-ġuħ, m’humiex għajr il-ħtija tan-nuqqas ta’ tagħlim u il-fehma illi mhux sewwa li x’uħud mill-bnedmin għandhom jgħixu fix-xaba tal-ħobż u tat-tagħlim minn fuq il-bluha ta’ bnedmin oħra li jgħixu bħall-bhejjem."

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0