Proposta biex isir Super League minflok iċ-Champions League

  • Diċ 07, 2019 00:11
  • Miktub minn iNews

    Il-president ta’ Real Madrid, kellu diskussjonijiet mal-president tal-FIFA, Gianni Infantino, fuq l-idea li jitwaqqaf iċ-Champions League u minfloku jsir tournament ġdid.

    Il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin irreaġixxa b’rabja għar-rapporti li l-kap ta’ Real Madrid, Florentino Perez, kellu taħdidiet ma’ Infantino fuq l-idea tiegħu li jifforma kompetizzjoni ġdida għall-clubs elite.

    L-idea ta’ Perez hija li jitwaqqaf iċ-Champions League u minflok jiġi ffurmat ‘super-league’ ġdid kompost minn 20 clubs elite Ewropej magħmula l-iktar mill-ogħla diviżjonijiet tal-Ingilterra, Spanja, Italja, Franza u l-Ġermanja.

    Madankollu din l-idea ġiet kritikata severament minn Ceferin li akkuża lil Perez li huwa ‘egoist’ fi stqarrija iebsa ħafna.

    Ceferin qal: “Qrajt fuq dan il-pjan. Jekk ir-rapporti għandhom jiġu emmnuti, dan ġej minn president wieħed ta’ club (mhux is-sid), ta’ amministratur tal-football waħdu. Tkun diffiċli taħseb fuq skema ta’ bniedem iktar egoist u mimli bih innifsu.

    “Hija ċara li din tirrovina l-football madwar id-dinja; għall-players, għall-partitarji u għal kulħadd konness mal-logħba tal-football – u dan kollu għall-benefiċċju ta’ numru żgħir ta’ nies.”

    Ceferin ma jaħsibx li l-pjani se jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin waqt li bassar li jkun hemm rikors kbir jekk dawn iroddu l-frott.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0