Chelsea jistgħu jakkistaw players fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar

  • Diċ 07, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews

    Chelsea, ġew kklerjati li jistgħu jagħmlu akkwisti fis-suq ta’ Jannar meta l-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) naqqsilhom is-sospenjoni li ġiet imposta fuqhom fi Frar li għadda bin-nofs.

    Fi stqarrija l-CAS qal li l-multa ta’ 300,000 franki Svizzeri ġiet imnaqqsa bin-nofs ukoll.

    Fl-istaġun li għadda, il-club mill-punent ta’ Londra, li rebaħ l-Europa League, kien ġie sospiż żewġ swieq tat-trasferimenti mill-  FIFA talli kisru r-regolamenti tat-trasferimenti internazzjonali u reġistrazzjoni ta’ players taħt it-18-il sena.

    B’hekk huma servew kastig ta’ suq wieħed li kien dak tas-sajf li għadda.

    Il-club, li bħalissa jinsab fir-raba’ post tal-Premier League, kien appella kontra d-deċiżjoni mal-CAS f’Ġunju li għadda.

    Wara investigazzjoni twila fuq ir-reġistrazzjoni tal-players fil-livell ta’ akkademja, il-FIFA ddikjarat li Chelsea kisru Artiklu 19 tar-regolamenti fil-każ ta’ 29 players minuri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0