Ivan Zazzaroni għadu qed jiddefendi t-titlu kontroversjali “Black Friday”

  • Diċ 07, 2019 00:27
  • Miktub minn iNews

    Id-direttur tal-gazzetta sportiva popolari Taljana “Il Corriere dello Sport”, Ivan Zazzaroni, tkellem fl-editorjal tiegħu dwar il-polemika li nqalgħet ftit tal-ġranet ilu wara t-titlu kontroversjali Black Friday - Sfida bejn Lukaku u Smalling.

    Dan l-artiklu kien jirrigwardja l-logħba ferm mistennija bejn Inter u Roma,li spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals, fejn kien hemm ritratt ta' dawn iż-żewġ players imsemmija li qanqal rabja fost diversi segwaċi tal-football inġenerali hekk kif il-ġurnal ġie akkużat bħala razzist.

    B'konsegwenza ta' dan uffiċjali tal-mezzi tax-xandir ta' Inter u Roma mhux se jkomplu jagħtu kummenti lil din il-gazzetta sal-aħħar ta' dan l-istaġun.
    Zazzaroni sostna li l-pubbliku inġenerali għamel storbju għalxejn meta tqis li din il-gazzetta ilha għal snin twal tippriedka l-valuri sportivi. Hu akkuża lil xi wħud li għandhom xi aġenda personali li jagħmlu ħsara lil din il-gazzetta.
    Zazzaroni temm jgħid li hu u sħabu se jkomplu għaddejjin bil-ħidma bla qies tagħhom sabiex iwasslu l-veritá u fuq kollox l-aqwa aħbarijiet sportivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0