Kampjonat Premier: Balzan u Hamrun S. jieħdu punt kull wieħed

  • Diċ 06, 2019 23:00
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Balzan .......... 1

    Hamrun S. .... 1

    Balzan u Hamrun Spartans temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1 liema riżultat ma ssodisfa lil ħadd.

    Balzan għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari kmieni fil-partita u fetħu l-iskor wara biss sitt minuti meta ANDRIJA MAJDEVAC kellu azzjoni personali konkluża permezz ta’ xutt mill-viċin li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Manuel Bartolo isalva.

    L-Ispartans wieġbu fl-14-il minuta meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, Clayton Failla għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras mill-viċin intemmet ftit għo­li.

    Huma komplew jippressaw u tliet minuti wara tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Wilfried Domoraud serva lil Jorge Ailton Soares li ra lil Naumovski joħroġ barra minn postu u jinterċetta tajjeb, bil-ballun jintemm għand Domoraud li minn pożizzjoni ideali tefa’ ferm għoli.

    Fit-43 minuta, Hamrun Spartans kisbu d-draw meta JORGE AILTON SOARES  irċieva pass fil-kaxxa u b’lob preċiż tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Żewġ minuti wara Bal­zan għamlu reazzjoni permezz ta’ xutt mill-qrib ta’ Andrija Majdevac li ġie salvat tajjeb minn Manuel Bartolo.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan ħarġu aktar aggressivi u, fit-58 minuta, Ricardo Correa Duarte kellu x-xutt minn barra l-kaxxa jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Ħamruniż.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-62 minuta Uros Ljubomirac xeħet cross lejn Alfred Effiong li minn qagħda ideali kellu x-xutt tiegħu jintemm ftit barra.

    Dan sabiex żewġ minuti wara, xutt b’saħħtu ta’ Paul Fenech mid-distanza  ġie salvat minn Bartolo.

    Fid-69 minuta, l-Ispartans ħolqu l-uniku periklu f’din it-taqsima permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Triston Caruana li ġie salvat minn mal-art minn Naumovski.

    Fil-75 minuta, Balzan kellhom f’saqajhom il-goal tar-rebħa meta Alfred Effiong għadda tajjeb lejn Andrija Majdevac li iżda mill-viċin għamel l-impossibbli u falla l-mira.

    BALZAN: 83-Kristijan Naumovski, 3-Augustine Loof, 5-Aleksandar Kosoric, 10-Steve Pisani (6-Dale Camilleri 86), 15-Michael Johnson, 16-Paul Fenech, 17-Alfred Effiong, 18-Uros Ljubomirac, 20-Ivan Bozovic, 30-Ricardo Correa Duarte, 50-Andrija Majdevac  -Coach: Jacques Scerri

    HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo, 2-Alessio Capitelli, 7-Triston Caruana, 9-Jorge Ailton Soares, 10-Wilfried Domoraud, 13-Clayton Failla,  17-Nicola Leone, 19-Soufiane Lagzir (20-Darren Borg 29), 22-Marco Criaco, 30-Karl Micallef, 90-Mattia Cinquini - Coach: Manuele Blasi

    REFEREE: Alan Mario Sant

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, Ivan Galea

    RABA’ UFF: Ishmael Barbara

    SKORERS:A. Majdevac 6 (B),  J. A. Soares 43 (H)

    AMMONITI:M. Cinquini, C. Failla (H), A. Loof, S. Pisani, R. Correa Duarte (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Andrija Majdevac (B)

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0