Dr Victoria Buttigieg se tkun l-ewwel Avukat tal-Istat

  • Diċ 06, 2019 20:14
  • Miktub minn iNews

    Dr Victoria Buttigieg se tokkupa r-rwol ta’ Avukat tal-Isat wara li ġiet rakkomandata b’mod unanimu minn Kummissjoni ta’ Ħatra wara sejħa pubblika.

    Dr Buttigieg se tkun l-ewwel persuna li qatt okkupat dan lir-rwol Kostituzzjonali ġdid li ġie maħluq bis-saħħa tal-Att XXV tal-2019. Permezz ta’ din il-liġi, li ġiet approvata f’Lulju li għadda imma għad trid tidħol fis-seħħ sabiex jilħaq jiġi konkluż dan il-proċess ta’ għażla, tipprovdi għal separazzjoni sħiħa bejn il-funzjonijiet duppliċi li għandu llum l-Avukat Ġenerali. Waqt li l-Avukat Ġenerali bis-saħħa ta’ din ir-riforma se jibqa’ jżomm ir-responsabbilitajiet ta’ prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali, l-Avukat tal-Istat se jibda jkun responsabbli għall-funzjonijiet kollha ta’ pariri lill-gbern u rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum huma eżerċitati mill-Avukat Ġenerali.

    Il-Kummissjoni ta’ Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta tas-17 ta’ Diċembru, 2018, kienet ipproponiet is-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq li din il-ħatra se tkun pass ieħor importanti fl-istorja legali ta’ pajjiżna. L-importanza ta’ dan il-pass, qal Dr Bonnici, tikber meta wieħed iqis li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jeżerċita funzjonijiet duppliċi sa mill-1936, meta kien twaqqaf fil-forma legali u bl-isem li għandu llum.

    “Bis-saħħa ta’ din il-bidla, il-gvern qiegħed juri ċar u tond l-impenn tiegħu favur it-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt u s-separazzjoni tal-poteri f’pajjiżna,” qal il-Ministru Bonnici. Huwa spjega li din ir-riforma, li se tara wkoll it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala uffiċċju independenti ta’ prosekuzzjoni, hija wkoll implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni ewlenija tal-Kummissjoni ta’ Venezja u se tkun pass ieħor ’il quddiem fil-kamp tal-ġustizzja.

    L-Avukat tal-Istat se tgawdi l-istess livell ta’ protezzjoni u sigurtà fil-kariga (security of tenure) li jgawdu l-Membri tal-Ġudikatura u l-Avukat Ġenerali. L-Avukat tal-Istat se tkun il-konsulent ewlieni tal-gvern f’materja ta’ liġi u opinjoni legali u se tkun marbuta li taġixxi fl-interess pubbliku u fis-salvagwardja tal-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se taqdi l-funzjonijiet tagħha permezz ta’ aġenzija indipendenti mwaqqfa bl-Att dwar l-Avukat tal-Istat.

    Il-Kummissjoni ta’ Ħatra kienet immexxija mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia. 

    Dr Victoria Buttigieg għandha 43 sena u ggradwat bħala avukat fl-2001. Hija ssoktat l-istudji tagħha b’Masters fis-Servizzi Finanzjarji. Hija ilha mill-2007 taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u llum tokkupa l-kariga ta’ Assistent Avukat Ġenerali. Hija ħadmet b’mod estensiv fil-kamp tal-litigazzjoni, bi speċjalizzazzjoni fl-oqsma ċivili, kostituzzjonali u amministrattivi. Hija rrappreżentat lill-gvern f’diversi laqgħat u kumitati internazzjonali u kkontribwixxiet għal għadd ta’ proġetti ta’ riforma fil-qasam legali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0