Chris Fearne jgħid li se jikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Laburista

  • Diċ 06, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews

    “Lest li nagħti ħajti għal dal-pajjiż u dal-partit.” Hekk saħaq id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’kumment fuq il-midja soċjali hekk kif wera l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.

    Fearne tenna li “dan hu mument storiku, għall-pajjiż u għall-pajjiż. Qegħdin f’salib it-toroq u l-għazliet li se nagħmlu f’dawn il-ġranet se jkollhom effett kbir fuq il-futur.”

    Żied jgħid li sema’ s-sejħa tal-pajjiż u għaldaqstant se jirrispondi għaliha.

    “Wara li tkellimt ma’ familti u numru kbir ta’ persuni, iddeċidejt li ser nitfa’ n-nomina tiegħi għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista,” tenna Fearne.

    Fir-rigward tal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Fearne tenna li “se nara li l-verita sħiħa toħroġ u l-ġustizzja kollha ssir. Se nara li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jitmexxew b’integrità, indipendenza u separati minn xulxin.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0