Mill-inqas żewġ persuni jmutu wara li tiġġarraf binja ta' sitt sulari fil-Kenja

  • Diċ 06, 2019 13:52
  • Miktub minn iNews

    Mill-inqas żewġ persuni mietu hekk kif iġġarrfet binja ta’ sitt sulari fil-belt Kenjana ta’ Nairobi. Il-midja lokali qed tirrapporta li diversi persuni għadhom maqbduin taħt it-tifrik.

    Filmat ippubblikat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press wera lil diversi persuni jifirħu hekk kif il-membri ta’ salvataġġ irnexxilhom isalvaw lil wieħed mill-persuni li kien maqbud taħt it-tifrik. Il-filmat juri wkoll lill-ħaddiema ta’ salvataġġ iġorru wieħed mill-vittmi.

    Il-kap tal-Pulizija ta’ Nairobi, Philip Ndolo, qal li mill-inqas 10 persuni ġew salvati minn qalb it-tifrik.

    Għadu mux magħruf x’wassal biex il-binja tiġġarraf, bis-Salib l-Aħmar tgħid li fil-kumpless ta’ appartamenti kienu joqogħdu madwar 22 familja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0